1. It-Tnejn 24 ta` Ġunju, fid-9.30am se ssir il-Festa tal-Ewwel Tqarbina tat-tfal tal-Iskola St. Benild.

2. L-Erbgħa 26 ta` Ġunju, l-Aħħar Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna, bis-sehem tal-Kummissjoni Festi fil-Quddiesa tas-6.30pm, bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P.

3. Il-Ħamis 20 ta` Ġunju, fis-6.00pm l-Adorazzzjoni u il-Lectio Divina wara l-Quddiesa tas-6.30pm.

4. Il-Ħamis u l-Ġimgħa nkomplu biż-żjajjar lill-familji tal-Parroċċa mill-5.30pm il-quddiem.

5. Is-Sibt 29 ta` Ġunju, Festa Pubblika, il-Festa tal-Appostli San Pietru u San Pawl, l-Imnarja.
Il-Ġimgħa filgħaxija jkun hawn il-Quddiesa tal-Vġili u s-Sibt filgħodu l-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa.

6. Il-Ħadd 30 ta` Ġunju, niftħu l-Festa tas-Sultana Tagħna bil-Festa tat-Tfal.
Fid-9.00am niltaqgħu ilkoll, familji u speċjalment it-tfal, fuq iz-zuntier tas-Santwarju biex nieħdu sehem fil-Manifestazzjoni Marjana bis-sehem tal-Banda Sliema li tgħaddi mit-toroq San Trofimu; San Ġwann Battista; il-Karmnu; Santa Marija u San Trofimu. Fl-aħħar tal-Manifestazzjoni tittella` l-Istatwa tal-Madonna fuq il-Pedestall tal-Irħam fil-ġenb tal-Knisja.
Fl-10.00am, Quddiesa għat-tfal li fiha jiġu ppreżentati t-tfal u t-trabi lill-Madonna.
Mill-11.00am san-12.30pm attivita` għat-tfal u l-familji fit-Triq tal-Knisja. Se jkun hemm ikel u logħob għat-tfal.

7. Il-Ġabra li saret il-ġimgħa li għaddiet b’risq il-Festa kienet €761.50.
Il-Weekend li ġej 29 u 30 ta` Ġunju ssir l-aħħar Ġabra Speċjali għall-Festa.

8. It-Tnejn l-1 ta` Lulju wara l-Quddiesa tas-6.30pm isir il-Ħruġ tal-Istatwa għażiża u devota
tal-Madonna Inkurunata.
Fiha jingħata l-mandat lir-Reffiegħa ta` din is-sena, bis-sehem tal-Banda Sliema.

9. Infakkru li f’dawn il-jiem il-Kummissjoni Festi qed tqassam lill-familji tal-Parroċċa il-ktieb tal-Festa u tiġbor l-envelopes bid-donazzjoni tagħkom.
Qegħdin nilqgħu wkoll il-Bukketti ta` Ġenerożita` għall-Madonna fil-Festa tagħha, minflok ma jingħataw il-fjuri. B’hekk tgħinuna niġbru l-ispiża tal-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja.
Qed inħeġġu persuni, familji u għaqdiet biex jagħmlu dan il-ġest utli b’imħabba lejn is-Sultana tagħna.

Nirringrazzjawkom għall-Bukketti ta` Ġenerożita` li ġa offrejtu u lil dawk li għad iridu joffru

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433