1. Illum il-Ħadd, 3 t`Awwissu, fil-Quddiesa tad-9.30am, 3 itfal ta` ġenituri parruċċani tagħna li jgħixu barra minn Malta, se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa.
Inżommuhom fit-talb tagħna u nawgurawlhom.


2. Il-Ħamis 7 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.

3. Bħala Kommunita` Parrokkjali ningħaqdu mal-Provinċja
Franġiskana, fit-talb u xewqat ta` saħħa, għal aktar ħidma favur il-paċi u l-immarġinati tas-soċjeta`, lil Patri Dionisju Mintoff O.F.M., f’għeluq is-70 Sena bħala Saċerdot.
Il-Quddiesa ta` Radd il-Ħajr se ssir il-Ħamis 7 t`Awwissu fis- 6.15pm, fil-Knisja tagħna Ta` Ġieżi, il-Belt.
AD MULTOS ANNOS.

4. Se jiġu organizzati 2 Bingo Nights, fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju:
Il-Ġimgħa 8 t`Awwissu u l-Ġimgħa 22 t`Awwissu fit-8.00pm.
Donazzjoni €20 inkluż l-ikel.

5. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Annie Azzopardi.
Agħtiha Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ………………

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella,