1. It-Tnejn 3 u l-Erbgħa 5 ta` Marzu ma jsirux il-Klassijiet tal-Katekiżmu.
It-Tnejn fis-7.00pm, il-Laqgħa tal-Ushers.


2. It-Tlieta 4 ta` Marzu, l-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm għal-laqgħa minn Fr Julian Sammut O.F.M., ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjal.
Kulħadd huwa mistieden.

3. L-Erbgħa 5 ta` Marzu, niċċelebraw il-Bidu tar-Randan Imqaddes, li jħejjina u
jwassalna għall-Festa tal-Għid il-Kbir.
Dak inhar hemm l-obbligu għas-Sawm u Astinenza.
Imħeġġin tiġu għall-Quddies u tirċievu l-Irmied imbierek.
Filgħaxija, niltaqgħu fil-5.30pm fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għat-Talb.
Fis-5.45pm Pellegrinaġġ bix-Xbieha tar-Redentur fit-Toroq San Alfons, Salvatur,
San Karlu, Leone, il-Karmnu, San Ġwann Battista u San Trofimu.
Fis-6.30pm, il-Quddiesa Solenni.

4. Ezerċizzi:- Din is-sena, l-Ezerċizzi għal kulħadd filgħaxija se jsiru kull nhar ta` Sibt fil-Quddiesa tal-5.00pm, bejn il-15 ta` Marzu u t-12 t’April.
Filgħodu, bejn il-31 ta`Marzu u l-4 t’April fil-Quddiesa tad-9.00am.
Fin-Notice Boards u fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa hemm il-Programm sħiħ tar-Randan.

5. Il-Ħamis 6 ta` Marzu, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.

6. Il-Ġimgħa 7 ta` Marzu, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
Il-Patrijiet iqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar.
Fis-6.00pm, kull nhar ta` Ġimgħa matul ir-Randan, nitolbu l-Via Sagra quddiem ir-Relikwija tas-Salib Imqaddes esposta fuq-l-Artal.

7. Il-Ħadd 9 ta` Marzu fl-4.00pm, “High Tea bit-Tombla” fiċ-Ċentru Sant’Antnin, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Donazzjoni ta` €15.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433