NIĊĊELEBRAW IS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF
1. Il-Ħadd 14 ta’ Novembru :
9.30am Jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 9 Żgħażagħ.
Dawn huma : Paul Cassar, Amy Ferris, Jenna Mallia De Leonardo, Dylan Oliver, Lily Pillow, Matthias Polidano, Alessandro Schembri, Leeroy Vella Zammit, Mathias Zarb Cousin.
2. It-Tlieta 16 ta’ Novembru :
6.00pm Festa ta’ Sta Elizabetta, Patruna tal-OFS.
6.00pm Quddiesa animata mill-Membri tal-OFS.
Wara l-Quddiesa ssir taħdita qasira pubblika fis-Santwarju minn Pauline Darmanin bis-suġġett: “Ħenjin il-Foqra fl-Ispirtu”.
Kullħadd hu mistieden.
3. Il-Ħamis 17 ta’ Novembru : 5.30pm Adorazzjoni Komunitarja.
4. Il-Ħadd 21 ta’ Novembru : Iż-Żgħażagħ Sacro Cuor u dawk tal-Griżma ser jorganizzaw ‘Bake Sale’, għal Aid to the Church in Need.
Ikun hemm Kejkijiet u Cup-Cakes u Muffins għall-bejgħ fuq iz-Zuntier wara l-Quddiesa tat-8.00am, 9.30am u l-11.00am.
5. Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru :
Żjara fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata.
9.00am Tluq mis-Savoy Bus Stop.
Prezz 5 Euro. Biljetti mingħand Marianne Bonaci.
Importanti li kulħadd ikun bil-maskra.
6. Il-Fondazzjoni : Tagħmel appell speċjali lil kulħadd biex matul ix-xahar noffru donazzjoni lill-Fondazzjoni b’suffraġju tal-egħżież tagħna.
Id-donazzjoni titpoġġa fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni li tinsab fejn l-Artal tal-Qalb ta’ Ġesu’, jew għadduha lil Kappillan.
Grazzi tal-ġenerożita’.
7. Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2022-2023 :
Fis-16 ta’ Novembru ser jiġu ppublikati r-Regolamenti.
Aktar Informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.