1. Illum il-Ħadd 7 u l-Ħadd li ġej 14 ta` Settembru, tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu bejn 10.15am u 12.00pm.
Aktar dettalji dwar il-katekiżmu, fin-Notice Boards tal-Knisja.

 

2. Illum 7 ta` Settembru, jiġi kkanonizzat Carlo Acutis, li għandna x-xbieha tiegħu fl-Altar ta` San Ġilormu.
Hu l-Qaddis żgħażugħ li spira ħafna żgħażagħ biex jersqu lejn Ġesu` Kristu, jirrealizzaw lilhom infushom fl-użu tajjeb tal-Internet u offra wens lil tant ġenituri mġarrbin bil-problemi ta` uliedhom u n-neputijiet.

3. It-Tnejn 8 ta` Settembu, Festa tat-Twelid tal-Madonna u Festa Nazzjonali, il-Quddies ikun bħal ta` fost il-ġimgħa.
Fis-6.00pm se nitilqu mis-Savoy Bus Stop għall-Festa tan-Naxxar. Booking mingħand Margaret Cini.

4. Il-Ħamis 11 ta` Settembru, jkun hawn l-Adorazzjoni fis-6.00pm.

5. Il-Ġimgħa 12 ta` Settembru, Ftira Bingo Night b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju fit-8.00pm fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.
Donazzjoni €20.

6. B’solidarjeta` mal-familja Vella li kellhom l-inċident fid-dar tagħhom, ġew offruti €5,765.
Jirringrazzjaw lil kulħadd għall-ġenerożita` tagħkom.

7. Dan il-Weekend, il-Parroċċa ta` San Girgor qed tiċċelebra l-Festa.
Nawguraw il-Festa t-Tajba lill-Kappillan u l-Kleru, lill-Għaqdiet u l-Kominita` Parrokkjali.

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433