Jagħti s-Smiegħ lit-Torox u l-Kliem lill-Imbikkmin.
1. Illum, il-Ħadd 5 ta’ Settembru :
Hi l-Festa ta’ San Girgor il-Kbir. Nawguraw il-Festa t-tajba lil Kappillan Fr Victor u lill-Parruċċani kollha.
2. It-Tlieta 7 ta’ Settembru :
Jaħbat il-100 Sena mit-Twaqqif tal-Leġjun ta’ Marija.
6.00pm Rużarju mill-Membri tal-Leġjun ta’ Marija.
6.30pm Quddiesa bit-Te Deum.
3. Il-Ħamis 9 ta’ Settembru :
7.00pm Laqgħa għall-Katekisti fl-Uffiċċju Parrokkjali.
4. Ir-Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Klassijiet tal-Katekiżmu :
Fl-Uffiċċju Parrokkjali.
– Nhar it-Tnejn 13 ta’ Settembru : Bejn il-5.00pm u s-7.00pm. – Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Settembru : Bejn l-10.00am u l-11.30am. – Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru : Wara l-Quddiesa tad-9.30am. Importanti li jkollna l-FIREM taż-żewġ ġenituri. Tfal ġodda li ma’ tgħammdux fil-Parroċċa tagħna iġibu Ċertifikat tal-Magħmudija.
5. L-Erbgħa 22 ta’ Settembru : Nibdew iċ-Ċelebrazzjonijiet tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni li jintemmu l-Erbgħa 29 ta’ Settembru. L-Erbgħa 22 ta’ Settembru : 6.30pm Quddiesa li fiha ssir il-Vestizzjoni ta’ Fratelli u Konsorelli fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Min jixtieq jissieħeb ikellem lis-Sur Tony Vidal jew lis-Sur Joe Debono.
6. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali : “Il-Ħbieb tas-Santwarju”, b’sodisfazzjon kbir tħabbar li wara xhur ta’ preparazzjoni u stennija, l-Għaqda issa ġiet formalment aċċettata mill-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji, bin-numru tar-Reġistrazzjoni, VO2208. Nappellaw lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom is-Santwarju tas-Sultana tagħna biex jidħlu membri fis-Soċjeta’.
Għal aktar informazzjoni kellmu lil Gwardjan/Kappillan. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ tagħkom.
7. Ir-Rivista ‘Flimkien’ : Tinsab fejn il-bibien tal-Knisja għal min jixtieq jieħu kopja.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOD: 2131 3505 / 7953 7719.