1. Il-Ħadd 30 ta` Ġunju, Il-Festa Tfal, fid-9.00am Manifestazzjoni Marjana.
Fl-10.00am il-Quddiesa u mill-11.00am san-12.30pm Attivita` ta` logħob u ikel fi Triq San Trofimu.
2. It-Tnejn 1 ta` Lulju, fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Komunita` Parrokkjali.
Qabel il-Ħruġ tal-Madonna Inkurunata min-Niċċa, jingħata l-Mandat lir-Reffiegħa.
Il-Banda Sliema tilqa` l-Istatwa fuq iz-zuntier u wara tkompli bil-marċi fit-toroq.
3. It-Tlieta 2 ta` Lulju fis-7.30pm, Programm Vokali u Mużikali mis-Soċjeta Filarmonika Sliema fis-Santwarju, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-Kor tat-tfal “Father’s Angels”.
4. L-Erbgħa 3, il-Ħamis 4 u l-Ġimgħa 5 ta` Lulju Tridu Solenni.
L-Erbgħa fid-9.00am Quddiesa għall-Anzjani bis-Sagrament tal-Morda mill-E.T. Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P.
Fit-tlett ijiem tat-Tridu, fis-6.00pm, Novena tal-Madonna u fis-6.30pm Quddiesa Komunitarja bil-Priedka minn P. Martin Mamo O.F.M. Kap.
Wara jsiru l-Kurunella, Kant tal-Innu u l-Antifona u Barka Sagramentali.
5. Is-Sibt 6 ta` Lulju, Lejlet is-Solennita`, Fid-9.00am Quddiesa bit-Te Deum għall-Għeżież Mejtin li mietu din
is-Sena, mill-Festa l-oħra.
Wara l-Quddiesa tal-5.00pm, Translazzjoni Solenni bir-Relikwija mill-Ministru Provinċjal, P. Twanny Chircop O.F.M. bis-sehem tal-Fratellanzi u l-Għaqdiet u fis-6.30pm il-Quddiesa Solenni.
6. Il-Ħadd 7 ta` Lulju, Jum is-Solennita`. Ikun hawn il-Quddies fis-7.00am, fil-11.00am u tas-6.00pm iqaddes l-Arċipriet tal-Parroċċa ta` Stella Maris.
Fit-8.30am niltaqgħu għall-Pontifikal Solenni bis-sehem tal-Għaqdiet, mil-E.T. Mons. Sandro Overend Rigillo O.F.M., Isqof ta` Bengażi. Il-Kan. Dun Ivan Aquilina jinseġ il-Paniġierku.
Fis-7.15pm il-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna Inkurunata.
Il-Festa tintemm bil-Barka Sagramentali wara d-dħul tal-Purċissjoni.
It-Tnejn, l-għada tal-Festa filgħodu l-Knisja ma tiftaħx.
Filgħaxija ssir il-Quddiesa tas-6.30pm.
7. Kull min se joffri Bukkett ta` Ġenerożita` lill-Madonna, id-donazzjoni jgħaddieha lill-Kappillan sal-Ħadd, Jum
il-Festa.
8. Infakkrukom:
– L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq mill-1 ta’ Lulju u jerġa jiftaħ it-Tnejn 15 ta` Lulju filgħaxija.
– Iż-Żjajjar lill-familji se jieqfu matul is-sajf u jerġgħu jibdew f’Ottubru
– Il-Ħadd 21 ta` Lulju se norganizzaw Ħarġa għall-Festa ta` San Ġorġ, Għawdex.
Nitilqu fl-4.30pm mis-Savoy Bus Stop u niġu lura mal-Vapur tal-11.15pm. Donazzjoni €15.
9. Matul din il-Ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Ċensina Zammit.
Agħtiha Mulej il-Mistrieh ta` Dejjem ………….
Filwaqt li nitolbukom il-koperazzjoni u li niltaqgħu matul din il-ġimgħa għaċ-Ċelebrazzjonijiet fil-Knisja u fit- toroq, nirringrazzjaw lil kulħadd għas-sehem li qed toffru b’kull mod għal Festa xierqa.
NAWGURAW IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments