1. Niġbdu l-attenzjoni ta` kulħadd, li l-Quddiesa ta` filgħaxija, se tibqa` fis-6.30pm avolja qlibna għall-ħin tax-xitwa, sabiex isir it-tindif tal-Knisja wara x-xogħol taż-żebgħa. Napprezzaw il-koperazzjoni u l-għajnuna ta` min qed jiġi jnaddaf.
2. It-Tlieta 29 t` Ottubru wara l-Quddiesa tas-6.30pm, jiltaqgħu l-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali għal kelmtejn mill-Kappillan.
Kulħadd mistieden għal dawn il-laqgħat.
3. L-Erbgħa 30 t` Ottubru, L-Ordni Franġiskan jiċċelebra l-Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knejjes kollha Franġiskani. Fis-6.30pm ikun hawn il-Quddiesa tal-Festa, bit-talb tas-Salmi.
4. Il-Ħamis 31 t` Ottubru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm niltaqgħu għal-Lectio Divina.
5. Il-Ġimgħa 1 ta` Novembru, l-Festa tal-Qaddisin kollha u l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, inħeġġukom għall-Quddies. Aħna l-Patrijiet noħorġu għall-Qrar u Tqarbin tal-Morda fid-djar.
Fis-7.15pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
6. Is-Sibt 2 ta` Novembru it-Tifkira Solenni ta` Ħutna l-Mejtin.
Fis-6.30pm, Quddiesa Solenni bit-Talb tas-Salmi.
7. Il-Ħadd 3 ta` Novembru niċċelebraw il-Qaddisin Kollha mat-tfal fil-Quddiesa tad-9.30am. Inħeġġu l-ġenituri flimkien mat-tfal jaħsbu għal libsa tal-Qaddis/a preferiti tagħhom biex jieħdu sehem fil-Quddiesa.
8. Il-Ħadd li ġej l-Ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Proġett taż-Żebgħa tal-Knisja.
Din tinvolvi spiża ta` eluf ta` Euro u nitolbukom biex tgħinuna bil-ġenerożita` tagħkom.Napprezzaw li b’ €1 fil-ġimgħa fil-kaxxa tal-Fondazzjoni, bl-iskema ta` €200 donazzjoni lill-Kappillan, b’offerta tajba fil-Ġabra Speċjali u bit-talb, turu li taqblu u tixtiequ li nkomplu bil-Manutenzjoni. Nirringrazzjawkom.
9. Il-Ġabra li saret b’risq il-Missjoni kienet €921.28.
10. Infakkrukom:
Kull nhar ta` Tlieta, Ħamis u Ġimgħa mill-5.00pm `l-quddiem isiru ż-Żjajjar lill-familji li kienu bbukkjaw u li jkunu avżati minn qabel,.
Tiktbu l-Mejtin tagħkom u tirritornaw l-envelope bid-donazzjoni fil-Kaxxa l-bajda ta` ħdejn l-Ambone. Matul ix-xahar ta` Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa noffru l-Quddiesa tas-6.30pm għalihom.
Min jixtieq jordna l-Borża ta` San Martin, jibbukkja b’donazzjoni ta` €5 mingħand Brian Vigar u Margaret Cini sal-Ħadd li ġej.
Min ġej magħna Assisi bejn il-21 u s-27 ta` Lulju, possibilment jibbukkja sal-Milied mal-Kappillan jew P. Julian. Mal-booking €250 deposit flimkien ma` kopja tal-Passaport u n-numru tal-mobile.
11. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem Amadeo Degaetano.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……………
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments