JUM IL-MISSJONI
1. It-Tlieta 26 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju mill-OFS. Il-Kelliem huwa Tony Mahoney bit-tema: “Mixja tal-Ħolma, issir realta’”. Kulħadd hu mistieden.
2. L-Erbgħa 27 ta’ Ottubru : Il-Grupp Anzjani tal-Parroċċa ser jiltaqgħu fil-kuritur tal-Uffiċċju. Jibdew fid-9.00am bil-Quddiesa fil-Knisja.
3. It-Tlieta 2 ta’ Novembru : 6.00pm Quddiesa Konċelebrata għall-għeżież mejtin.
4. Taħt il-Pulptu hemm l-Envelopes għal dawk li jixtiequ jiktbu l-għeżież mejtin tagħhom għax-xahar ta’ Novembru.
5. Grazzi lill-Ġenituri tat-Tfal tal-Katekiżmu għall-koperazzjoni fil-ġbir tal-Kotba tal-Katekiżmu. Inħeġġeġ lil dawk il-ftit li għadhom ma’ ġabrux il-kotba u ma’ kkomunikawx mal-Katekisti biex jagħmlu dan malajr għaliex il-lezzjonijiet bdew.
Grazzi kbira wkoll lill-Katekisti għall-impenn tagħhom.
6. Nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru : Sar Seminar għall-Operaturi tal-Unita’ tagħna.
Il-Kelliem ewlieni kien l-E.T.Mons Isqof Joe Galea Curmi.
Grazzi lit-12-il Operaturi Pastorali mill-Parroċċa tagħna li attendew.
7. Infakkar li minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Novembru : Il-Quddies ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa jkun fis-6.00pm.
8. Il-Kandidati li nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru : Fid-9.30am ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof, infakkruhom fil-Laqgħat ta’ Formazzjoni fiċ-Ċentru fis-6.30pm.
9. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent : Tagħmel appell urġenti biex jinxtara apparat aktar sigur u b’saħħtu kontra s-sajjetti u għall-apparat elettroniku fis-Santwarju. Donazzjonijiet jitpoġġew fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’ jew tgħaddiha lil Kappillan. Grazzi tal-ġenerożita’.
10. Malta Dementia Society : Se tniedi Support Group bl-isem ‘Reaching Hands’! Kif ukoll ser jibdew Talks fuq dan is-suġġett. Iktar informazzjoni tinsab fin-Notice Board
11. .Il-Kummissjoni Festa tifraħ : Lil Patri Pawl Galea ofm, ex-Prokuratur tal-Festa u ex-Gwardjan, għall-ġieħ li ngħata waqt is-serata mtella mill-Kunsill Lokali, Tas-Sliema Wirt u Niesha. Kif ukoll lill-familja Bugeja għall-ġieħ mogħti f’isem il-papa’ tagħhom l-artist Samwel Bugeja, kif ukoll lill-koppja Rina u Michael Camilleri.
12. Il-Kummissjoni tavża wkoll li minn nhar il-Ġimgħa 29 sal-Ħadd 31 ta’ Ottubru se tkun qed torganizza Bazaar fis-sala tal-każin quddiem il-knisja.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments