1. It-Tnejn 20 ta’ Jannar, fis-7.00p.m., issir il-laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
2. It-Tlieta 21 ta’ Jannar, fl-4.30p.m., issir il-laqgħa tat-Talb tal-Grupp Padre Pio, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris. Fis-7.00p.m., jiltaqgħu l-OFS ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali. Pauline Darmanin titkellem dwar: “Il-Pellegrini tat-Tama.” Kulħadd mistieden.
3. Il-Ħamis 23 ta’ Jannar, fis-6.00 p.m., l-Adorazzjoni u fis-7.00p.m., Lectio Divina.
4. Is-Sibt 1 ta’ Frar, fit-8.00 p.m., l-Ikla b’risq il-Festa fil-Kazin Banda Sliema, organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta’ Filarmonika Sliema. Booking miftuħ.
5. Din il-ġimgħa se jitkompla x-xogħol taż-żebgħa tal-Kappelluni u l-Korsija, n-naħa tan-Niċċa tal-Madonna. Għal darb’oħra nixtiequkom tiskużawna għal kull inkonvenjent. Se nagħmlu li nistgħu biex inżommu s-Santwarju nadif xorta waħda u funzjonabbli. Grazzi tat-talb, tad-donazzjonijiet u l-koperazzjoni tagħkom.
Ngħarrfukom li issa l-Knisja hija mħarsa, kif hu mitlub, bil-Cameras tas-Sigurta’. L-ispiża tal-Cameras hija ta’ €1,270. Nirringrazzjaw lil-membri tal-Kummissjoni Festi u lill-Grupp tat-tindif Santa Marta għall-ħidma volontarja tagħhom, waqt il-manutenzjoni li qed issir.
6. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem, Carmel Calleja.
Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ………………
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments