1. It-Tnejn 19 ta` Jannar, fis-6.30pm, Laqgħa tal-Ushers, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
2. It-Tlieta, 20 ta` Jannar, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa minn P. Julian Sammut O.F.M. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.
3. Il-Ħamis 22 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.
4. Is-Sibt 24 ta` Jannar, il-Provinċja Franġiskana tiftaħ iċ-Ċentinarju ta` San Franġisk Missierna – it-800 sena mill-Mewt tiegħu, b’Quddiesa Solenni mill- Provinċjal P. Twanny Chircop, fil-11.00am fil-Knisja tagħna l-Belt.
Kulħadd mistieden.
5. Il-Fratelli tas-Sagrament mħeġġa jħallsu l-miżata annwali, donazzjoni ta` €10.
Avviċinaw lill-Kappillan.
6. Nerġgħu nfakkru:
Fil Pellegrinaġġ għal Lourdes bejn it-18 u t-23 ta` Lulju.
Fl-applikazzjoni ta` min joqgħod fil-Parroċċa tagħna u jixtieq li nżuruh u nbierku d-dar. Ħudu formula minn ħdejn il-Bibien tal-Knisja u wara li timlewha, ixħtuha fil-kaxxa appostha taħt il-Pulptu, sal-1 ta` Marzu .
Iż-żjajjar u t-tberik tal-familji jibqa` jsir sakemm jitlesta kollu, mhux marbut maż- żmien tal-Għid, u dejjem b’appuntament miftiehem.
7. Il-Ħadd 1 ta` Frar, f’ 12.00pm Ikla b’risq il-Festa, organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fil-Każin tal-Banda Sliema. Booking miftuħ.
8. Din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Mario Grungo u Concetta Frendo.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ …………
P. Martin Coleiro O.F.M.
Gwardjan/Kappillan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments