1. It-Tlieta 18 ta` Marzu, fl-4.30pm il-laqgħa tat-Talb Padre Pio fil-Knisja Parrokkjali ta` Stella Maris.
L-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, għal-laqgħa li fiha titkellem Pauline Darmanin dwar “Ir-Raġel Ġust”. Kulħadd jista` jattendi.

2. L-Erbgħa 19 ta` Marzu, il-Festa ta` San Ġużepp.
Hija Festa Pubblika u nħeġġukom tieħdu sehem fil-Quddies li jkun bħal ta` fost il-ġimgħa.
Fl-10.00am “Coffee Morning” fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq ix-xogħol li qed isir fis-Santwarju.
Donazzjoni €15.

3. Il-Ħamis 20 ta` Marzu, fis-6.00pm l-Adorazzjoni w il-Lectio Divina fis-7.00pm.

4. Il-Ġimgħa 21 ta` Marzu fis-6.00pm nitolbu l-Via Sagra.
Fis-7.00pm il-Kummissjoni Festi se torganizza Quddiesa fil-Maħżen tal-Armar bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa. Wara niltaqgħu soċjalment.

5. Is-Sibt 22 ta` Marzu, P.Ramon Farrugia O.F.M. iqaddes il-Quddiesa tal-5.00pm u jippriedka l-eżerċizzi għal kulħadd.
Laqgħa Vokazzjonali għat-Tfal u Adoloxxenti mill-5.00pm sat-8.15pm, fil-Kunvent tagħna tar-Rabat.
F’dawn il-laqgħat ikun hemm talb, logħob u ikel.

6. Il-Ħadd 23 ta` Marzu, bejn id-9.00am u l-5.00pm nistednukom tiġu tieħdu sehem fil-Maratona b’risq id-Dar tal-Providenza fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.
Hemm programm imħejji bit-Tema tar-Randan.
Waqt il-Maratona jsir Talb, Riflessjoni u Sawm. Min għandu xi kundizzjoni jista` jġib l-ikel miegħu. Għal kull donazzjoni tingħata riċevuta.
Il-Quddiesa tat-tfal tad-9.30am issir fiċ-Ċentru.

7. Qed jitqassmu avviżi fid-djar dwar xi servizzi provduti għal diversi tipi ta` problemi fil-ħajja u li jissolvew fi ftit jiem.
Nissuġġerulkom li tevitaw dawn is-servizzi u teliminaw dawn il-karti.

8. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Victor Micallef u Tania Tonna.
Agħtihom Mulej il-mistrieh ta` dejjem ……

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433