Nhar l-Erbgħa se Noffru Ġurnata Talb għall-Ukrajna
1. Il-Ġabra speċjali li saret il-weekend li għadda : 480.42 ewro. Grazzi.
2. It-Tlieta 15 ta’ Marzu :
6.00pm Iqaddes Fr Paul Mizzi iben il-Parroċċa, għal ruħ tal-Mama’ tiegħu f’għeluq ix-xahar mill-mewt tagħha. Nagħtuh il-kondoljanzi.
6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Titkellem Pauline Darmanin bis-suġġett : “Is-Silenzju ta’ Ġużeppi”. Kulħadd hu mistieden. Laqgħa segwita minn fuq il-Webcam tas-Santwarju.
L-Għaqda Volontarja tal-Parroċċa “Il-Ħbieb tas-Santwarju” tħeġġeġ għal aktar Membri.
Min hu interessat ikellem lil Kappillan.
3. L-Erbgħa 16 ta’ Marzu :
Mid-9.30am sal-5.30pm Maratona tar-Rużarju għal Paċi fl-Ukrajna. 6.00pm Quddiesa u Priedka tar-Randan mill-Kappillan lil Fratellanzi tas-Sagrament u tal-Madonna u l-membri tal-Leġjun ta’ Marija.
4. Il-Ħamis 17 ta’ Marzu : 5.30pm Adorazzjoni Komunitarja.
5. Is-Sibt 19 ta’ Marzu : 10.00am L-Ewwel Qrara lit-Tfal li qed jitħejjew biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina ftit xhur oħra.
6. Il-Ħadd 20 ta’ Marzu :
10.30am Fil-Parroċċa ta’ Stella Maris, l-Arċipriet Dun Anton Portelli se jiċċelebra l-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni tiegħu.
Nifirħulu u Nawgurawlu Ad Multos Annos.
11.45am Fis-Santwarju tagħna se jkollna mill-ġdid ‘Sound in Silence’ li ser jagħtuna biċċiet ta’ Mużika Sagra.
7. Donazzjonijiet għall-Ukrajna : S’issa ġbarna 850 Ewro. Infakkarkom fl-għajnuna għall-Familji fil-Bżonn u dawk li jittallbu karita’ fl-Uffiċċju Parrokkjali.
8. Il-Ħadd 3 t’April : 10.15am Quddiesa mall-Papa fuq il-Fosos tal-Furjana. Dakinhar, l-aħħar Quddiesa fil-Knejjes tkun fit-8.00am. Il-Pubbliku jista’ jirreġistra biex ikollu post bilqiegħda fil-Quddiesa tal-Papa fuq https://xn--papafranisku-bzb.mt/quddiesa.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
.3