1. Il-Ħadd 7 ta` Diċembru, Il-Kummissjoni Festi qed torganizza bejgħ ta` Ponzjetti tal-Milied b’risq il-Festa.
Napprezzaw jekk toffru Ponzjetta biex narmaw is-Santwarju .

2. It-Tnejn 8 ta` Diċembru, l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, Omm l-Ordni Franġiskan.
Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu bħal ta` fost il-ġimgħa.
Fid-9.00am issir il-Quddiesa tal-Festa.
Fl-10.00am Bingo English Breakfast fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju. Donazzjoni ta` €20.
3. It-Tlieta 9 ta` Diċembru, l-O.F.S.ikollhom il-laqgħa minn Peter Darmanin, bit-tema “Żakkew, il-lejla niġi għandek”, fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Kulħadd huwa mistieden.
4. Il-Ħamis 11 ta` Diċembru, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.
5. Il-Ġimgħa 12 ta` Diċembru, il-Kor tat-tfal tal-Knisja, ‘Father’s Angels,’ se jorganizza Kunċert tal-Milied, fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani, fis-6.30pm.
Kulħadd huwa mistieden.
6. Il-Ħadd 14 ta` Diċembru, it-Tielet Ħadd tal-Avvent, fil-Quddiesa tad-9.30am, mistiedna n-Nanniet biex fuqhom tissejjaħ Barka speċjali t` Alla.
7. Is-Soċjeta` Filarmonika Sliema se torganizza Christmas Dinner fil-Każin,
is-Sibt 20 ta` Diċembru fit-8.00pm.
Booking mill-Każin.
8. Ingħaqet mal-Komunita` Parrokkjali, Kelsey Cutajar Buhagiar.
Nawguraw u nitolbu għall-familja tagħha.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments