1. It-Tnejn 27 ta` Jannar, l-iskola ta` St. Benild jiċċelebraw il-Festa tal-Qaddis Protettur.
Bejn 11-45am u 12.45pm se ssir Manifestazzjoni bis-sehem tat-tfal u daqq ta` marċi mill-Banda Sliema fit-toroq madwar is-Santwarju.
Appell biex ir-residenti jagħtu l-appoġġ tagħhom.2. It-Tlieta 28 ta` Jannar, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-7.00pm ħdejn l Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Kappillan jagħmel ir-riflessjoni.
Kulħadd mistieden.
3. Il-Ħamis 30 ta` Jannar fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.
4. Is-Sibt l-1 ta` Frar, l-Ikla b’risq il-Festa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fit-8.00pm fil-Każin Banda Sliema.
Booking Miftuħ.
5. Il-Ħadd 2 ta` Frar, il-Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju – Il-Gandlora.
Fil-Quddiesa tat-tfal fid-9.30am, issir il-Presentazzjoni tat-tfal u Barka fuq l-ommijiet.
It-tfal mitluba jġibu magħhom xema` ħamra.
Fil-Quddiesa tal-11.00am, jitqassmu u jitbierku x-xemgħat.
Fi tmiem il-Quddiesa, f’għeluq iż-żmien tal-Milied, il-Bambin jittieħed proċessjonalment fil-Kappella tas-Sagrament biex jibqa` espost is-sena kollha.
6. Il-Ħadd li ġej, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni li qed issir fis-Santwarju.
Nirringrazzjawkom għad-donazzjonijiet u għall-ġenerożita` fil-ġbir li se jsir.
Kif tistgħu taraw il-ħidma u l-ispejjeż huma kbar.
Napprezzaw is-sapport tagħkom.
7. lT-Tnejn 10 ta` Frar Festa Pubblika – San Pawl, il-ħin tal- Quddies ikun bħal tal-Ħdud.
Coffee Morning fl-10.00am fiċ-Ċentru Sant’ Antnin b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Donazzjoni ta` €15 kollox inkluż.
8. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta` dejjem Maria Stella Vella u Michael Borg.
Agħtihom Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem….
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments