1. Għada/illum il-Ħadd 23 ta` Marzu issir il-Maratona b’risq id-Dar tal-Providenza bejn id-9.00am sal-5.00pm fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
Ir-Reġistrazzjoni tibda fit-8.30am.
Fil-Maratona jkun hemm Talb, wiri ta` Videos b’tema reliġjuża u l-Quddiesa għat-tfal u l-familji
fid-9.30am.
Kull donazzjoni hija apprezzata u tingħata reċevuta.
Inħeġġukom tiġu tieħdu sehem.
Programm dettaljat fuq in-Notice Boards.
2. It-Tnejn 24 ta` Marzu, fil-5.00pm, it-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju, se jagħmlu l-Ewwel Qrara bi tħejjija.
Napprezzaw id-dedikazzjoni tal-ġenituri u l-katekisti u nitolbu għalihom.
3. It-Tlieta 25 ta` Marzu, l-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, għal-laqgħa ma` Fr Stephen Magro O.F.M.
Kulħadd jista` jattendi.
4. L-Erbgħa 26 ta` Marzu, bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, fis-6.30pm il-Quddiesa bl-Għasar u
Riflessjoni dwar mument ieħor ta` tbatija ta` Ġesu` flaġellat.
5. Il-Ħamis 27 ta` Marzu, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm l-Lectio Divina.
6. Il-Ġimgħa 28 ta` Marzu fis-6.00pm nitolbu l-Via Sagra.
Wara l-Quddiesa tas-6.30pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
7. Mill-Ġimgħa 28 sal-Ħadd 30 ta` Marzu se jsir Live-In għaż-Żgħażagħ subien ta` bejn is-16 u t-30 sena fil-Kunvent tagħna tar-Rabat.
Għal aktar dettalji ikkuntattjaw lil Fra Lorrie, responsabbli mill-Vokazzjonijiet.
8. Is-Sibt 29 ta` Marzu, ikomplu l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Quddiesa tal-5.00pm.
Iqaddes u jippriedka P.Ramon Farrugia O.F.M..
9. L-Eżerċizzi għal kulħadd filgħodu se jsiru bejn i-Tnejn 31 ta` Marzu u l-Ġimgħa 4 t’April fil-
Quddiesa tad-9.00am. Iqaddes u jippriedka P.Noel Muscat O.F.M..
10. Il-Ġimgħa 4 t’April se ssir Ikla b’risq il-Festa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fil-Każin fit-8.30pm.Booking miftuħ.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments