1. Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena tal-Bambin.


Fis-6.00pm Rużarju quddiem Ġesu` Sagramentat Espost u l-Quddiesa bl-Omelija fis-6.30pm.

2. It-Tnejn 16 ta` Diċembru jiltaqgħu l-Ushers wara l-Quddiesa tas-6.30pm.

3. It-Tlieta 17 ta` Diċembru, l-Grupp tat-Talb Padre Pio jiltaqgħu fil-Parroċċa ta` Stella Maris
fl-4.30pm.

4. Il-Laqgħat tal-O.F.S., se jkomplu wara l-Milied. Il-membri mħeġġa jieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjonijiet tan-Novena tal-Milied.

5. Il-Ħamis 19 ta` Diċembru, l-aħħar ġurnata tal-klassijiet tal-Katekiżmu għal din is-sena.
Dakinhar issir il-Purċissjoni bil-Bambin fit-Toroq San Trofimu, San Ġwann Battista, Il-Karmnu,
San Duminku u San Trofimu.
Fis-6.30pm il-Quddiesa tan-Novena tkun għat-tfal.
Stedina biex it-tfal kollha u l-ġenituri flimkien mal-katekisti jinġabru fil-Knisja fil-4.45pm.
It-tfal imħeġġin jilbsu kostum adattat, min m’għandux kostum jista` jiġbor wieħed miċ-Ċentru Sant’ Antnin fl-4.30pm.

6. Il-Ġimgħa 20 ta` Diċembru, wara l-Quddiesa tas-6.30pm isir il-Kunċert tal-Milied mis-Soċjeta`
Filarmonika Sliema bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.
Il-presenza tagħkom hija apprezzata.

7. Is-Sibt 21 ta` Diċembru, l-Ikla tal-Milied b’risq il-Festa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema fil-Każin Banda Sliema fit-8.00pm.

8. Il-Ħadd 22 ta` Diċembru, l-aħħar Ħadd tal-Avvent, it-tfal mħeġġa jġibu Bambini u Presepji għat-tberik fil-Quddiesa tad-9.30am.

9. Infakkrukom li:
 Qed issir Lotterija tal-Milied b’risq il-Knisja li titla l-Ħadd 29 ta` Diċembru fil-Quddiesa tal-
11.00am.
 Ser norganizzaw Ħarġa għal Għawdex it-Tnejn 30 ta` Diċembru.
Tluq fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci, donazzjoni ta` €30 kollox inkluż minbarra l-vapur.
 Il-Ħadd 29 ta` Diċembru se jsir il-Party għat-Tfal fil-Każin Banda Sliema bejn l-4.00pm u s-6.00pm. Donazzjoni ta` €15, booking mill-Każin.

10. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` dejjem, Laurence Scicluna.

Agħtih Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ……….

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433