1. It-Tnejn 15 Ta` Diċembru tibda n-Novena tal-Bambin sat-Tlieta 23 ta` Dicembru.
Fil-5.30pm nitolbu r-Rużarju Franġiskan meditat, quddiem Ġesu` Sagramentat u l-kant tal-Antifona Alma Redemptoris Mater. Fis-6.00pm il-Quddiesa b’Riflessjoni bi Tħejjija għall-Milied.
Appell għas-sehem tagħkom f’dawn il-jiem qaddisa għal Milied Nisrani.

2. It-Tlieta 16 ta` Diċembru, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-7.30pm għall-Ikla tal-Milied fil-Każin.
3. Il-Ħamis 18 ta` Diċembru, fis-6.00pm il-Quddiesa tan-Novena tal-Bambin, għat-tfal Kollha, speċjalment għal dawk li jattendu l-Katekiżmu flimkien mal-Katekisti f’għeluq il-klassijiet tal- Katekiżmu għal żmien il-festi.
Il-Lectio Divina ma ssirx u terġa` tibda ssir mill-Ħamis 8 ta` Jannar.
4. Il-Ġimgħa 19 ta` Diċembru, fis-7.00pm Programm Mużikali Annwali tal-Milied fis-Santwarju, mis-Soċjeta` Filarmonika Sliema taħt id-direzzjoni tal-Mro. Lesley Tabone bis-sehem tal-Korijiet tat-Tfal “Father’s Angels” u “La Voix Harmonies” bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta` tas-Sliema.
Il-programm jispiċċa fit-8.00pm.
Dak inhar issir Ġabra biex titnieda l-Iskema “Rigal lill-Madonna bħala Strina” sal-Ewwel Ħadd ta`
Jannar, meta ssir il-Ġabra Speċjali bħala Strina b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, tistgħu toffru
d-donazzjoni tagħkom lill-Kappillan.
Il-Ġabra Speċjali tal-ġimgħa l-oħra kienet €3,677.79. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` biex tgħinuna nkomplu l-Manutenzjoni li fadal u li hi tant meħtieġa.
5. Is-Sibt 20 ta` Diċembru, fit-8.00pm l-Ikla tal-Milied fil-Każin, organizzata mis-Soċjeta` Filarmonika
Sliema u l-Kummissjoni Festi. Booking mill-Każin.
6. Il-Ħadd 21 ta` Diċembru, l-Aħħar Ħadd tal-Avvent, fil-Quddiesa tad-9.30am it-tfal iġibu Bambini u
Presepji biex jitbierku. Fl-10.30am toħroġ il-Purċissjoni tal-Bambin akkumpanjata mis-Soċjeta` Filarmonika Sliema li tgħaddi mit-Toroq S. Trofimu, S. Alfons, S. Elena, Manwel Dimech, Rudolfu u S. Trofimu. Fl-aħħar tal-Purċissjoni jitqassam il-ħelu lit-tfal.
7. Il-Ġimgħa 26 ta` Diċembru, Ħarġa għal Għawdex. Se jkollna ħin inżuru “Betlem f’Għajnsielem” u xi presepji. Nitilqu fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop u niġu lura mal-vapur tas-7.00pm.
Donazzjoni €30, booking mingħand Margaret Cini.
8. Il-Kunsill Lokali bil-Kollaborazzjoni tal-Holy Trinity Church u l-Ordni tal-Kavallieri Templari ta` Malta,
se jorganizza l-Ikla ta` nofs inhar f’Jum il-Milied għal kull min ma jkollu l-ħadd miegħu dak inhar.
Se jipprovdu wkoll it-trasport f’11.45am. Tistgħu tibbukkjaw mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali.
Aktar dettalji fuq il-fb page tal-Parroċċa jew tal-Kunsill.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments