ALLA JKELLIMNA META NISKTU AHNA!
1. Il-Kapitlu Ġenerali wasal biex jintemm : Qed jinżamm f’Ruma.
• Din il-ġimgħa ġew eletti il-Ministru Ġeneral Fra Massimo Fusarelli ofm (Taljan).
• U l-Vigarju Ġenerali Fra Isauro Ulises Covili Linfati (miċ-Chile).
• Bi pjaċir inħabbru li wieħed mid-Definituri Ġenerali huma Malti tal-Kanada Fr Jimmy Zammit ofm. Hu ta’ unur għalina l-Maltin għal din il-ħatra.
2. It-Tlieta 20 ta’ Lulju : 6.30pm Laqgħa fuq iz-Zoom għal Operaturi Pastorali Djakonija Parroċċi.
B’temi ta’ Formazzjoni għall-Persuni Impenjati. Irreġistraw fuq: https://forms.gle/nffRUM9qN2b8K13z7
Kelliem: Fr Ivan Attard O.P.
3. L-Erbgħa 21 ta’ Lulju : 5.00pm Laqgħa tal-Preteens fiċ-Ċentru. 6.00pm Ikollhom B.B.Q. fil-Bitħa tal-Kunvent.
• Min hu interessat javviċina lil Peter Gatt jew lil Antoinette Laferla jew lil Kappillan.
4. Il-Ħadd 25 ta’ Lulju : Il-Parroċċa tal-Balluta jiċċelebraw il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Nawgurawlhom il-Festa t-tajba.
5. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent : Tixtieq tħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jibda jitpoġġa l-‘Membrane’ fuq l-Apside minn barra. Ix-xogħol kollu se jsir mill-fondi tal-Fondazzjoni. Kull għajnuna tiġi apprezzata.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments