1. It-Tnejn 29 ta` Settembru, f’Jum il-107 Sena mit-Twaqqif tal-Parroċċa u fis-7 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Istatwa tas-Sultana Tagħna, inġeddu r-rabta tagħna magħha w inkomplu nfittxu l-ħarsien tagħha għall-Komunita` Parrokkjali u fl-impenji tal-Għaqdiet kollha reliġjużi u soċjali tal-Parroċċa. Għalhekk inħeġġukom tissieħbu fil-Quddiesa Solenni fis-7.00pm mil-W.R. Provinċjal P. Twanny Chircop O.F.M..
Qabel il-Quddiesa, fis-6.30pm issir l-inawgurazzjoni tal-Apside prinċipali tas-Santwarju.
2. It-Tlieta 30 ta` Settembru, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa minn Peter Darmanin, fis-7.00pm dwar “Il-Fraternita` Franġiskana fil-Parroċċa tagħna”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.
3. L-Erbgħa 1 ta’ Ottubru, fis-6,00pm nibdew ix-xahar permezz tar-Rużarju quddiem Ġesu` Ewkaristija Espost kuljum għall-bżonnijiet tal-familji tal-Parroċċa u għall-Paċi fid-dinja.
4. L-Erbgħa 1 ta’Ottubru. Se jsiru 2 laqgħat importanti fiċ-Ċentru Sant’Antnin: fil-5.15pm għall-ġenituri tat-tfal li se jersqu għall-Griżma fis-snin 2025 u 2026; fis-6.00pm għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma s-sena d-dieħla 2026.
5. Il-Ħamis 2 t` Ottubru, fis-6.00pm ikun hawn l-Adorazzjoni.
6. Il-Ġimgħa 3 ta’Ottubru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar.
7. Il-Ġimgħa wkoll nibdew il-Festa ta` San Franġisk, bit-Tifkira tal-Mewt ta` San Franġisk. Fid-9.00am il-Quddiesa minn P.Mark Enriquez O.F.M., għall-Fejqan u l-Paċi bejnietna, mal-Ħolqien u fid-Dinja. Fiha tingħata d-Dilka Mqaddsa. Mid-9.30am sa 12.00pm Adorazzjoni fis-Skiet.
Filgħaxija se norganiżżaw trasport fis-4.45pm mis-Savoy Bus Stop għall-Knisja tagħna l-Belt fejn niċċelebraw il-Festa ta` San Franġisk mal- Provinċja Franġiskana.
Biljetti €10 mingħand Margaret Cini.
8. Is-Sibt 4 ta’Ottubru, Jum is-Solennita` ta` San Franġisk. Fid-9.00am, il-Quddiesa bit-Tifħir ta` Sbieħ il-Jum, minn P.Charles Diacono O.F.M.. Fis-6.30pm il-Quddiesa bit-Talba tal-Għasar minn P. Julian Sammut O.F.M.. Ngħixu flimkien il-vjaġġ ta` San Franġisk għas-Sema. Jitqassmu x-xemgħat, il-ħobż u l-ħelu kif xtaq il-Qaddis f’ħin mewtu.
9. Il-Ħadd 5 ta’ Ottubru, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Il-Ġabra b’risq l-Animazzjoni Vokazzjonali kienet €1,492.00. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita`.
10. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali fl-ewwel laqgħa wara s-sajf, fost temi li ddiskuta bħal; Ċelebrazzjonijiet fis-Santwarju w il-manutenzjoni tiegħu, żjajjar u tberik tal-familji u inizjattivi għall-Komunita` Parrokkjali, analiżża r-Rapport tal-Assemblea Parrokkjali mlaqqa` f’Mejju li għadda u t-twettiq tiegħu fiż-żmien li ġej.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments