1. It-Tlieta 18 ta` Frar, fl-4.30pm, jiltaqa` l-Grupp tat-Talb Padre Pio, fil-Knisja Parrokkjali ta`
Stella Maris.
Fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Titkellem Pauline Darmanin dwar”Is-Sejħa tan-Nisrani”.

2. Il-Ħamis 20 ta` Frar fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni .
Din il-ġimgħa l-Lectio Divina ma ssirx.

3. Il-Ġimgħa 21 ta` Frar, fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

4. Is-Sibt 22 ta` Frar, fid-9.30am, issir il-Laqgħa Annwali Ġenerali għall-membri tal-għaqda volontarja “Ħbieb tas-Santwarju” ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Ġentilment infakkru l-membri jħallsu l-miżata ta` €25 għas-snin li għaddew jekk il-każ u ta` dis-sena.

5. Is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta` Frar, il-Kummissjani Festi se torganizza “Cake Sale” b’risq il-Festa fuq iż-żuntier.
Nirringrazzjaw lil kull min se jipprovdi l-ħelu u jieħu sehem f’din l-inizjattiva.

6. It-Tnejn 24 ta` Frar, il-B.O.V., f’għeluq il-50 Sena mit-twaqqif tiegħu, se jorganizza Kunċert
fil-Knisja tagħna fis-7.00pm.
Appell biex tiġu għal dan il-Kunċert għaliex se jitħabbar Proġett Kbir u Prestiġjuż, iffinanzjat mil-B.O.V.:- Ir-Restawr tal-Apside prinċipali tas-Santwarju – xogħol tal-pittur famuż Giuseppe Cali`, “Il-Glorja tal-Immakulata” li hemm fuq l-Altar Maġġur.
Dan ir-restawr ġie fdat f’idejn id-Ditta famuża “Prevarti “
Waqt il-Kunċert se jingħata tagħrif importanti dwar din il-Pittura u r-restawr li ppjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

7. Il-Ħamis 27 ta` Frar se norganizzaw Ħarġa għas-Suq taż-Żurrieq, wara għal Wied-iż-Żurrieq.
Tluq mis-Savoy Bus Stop fit-8.15am. Donazzjoni għat-trasport €10.
Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.

8. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta dejjem Tony Terribile.
Agħtih O Mulej ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433