Gheziez,
Ahna u mexjin fit-triq niltaqghu hafna drabi ma’ hafna sinjali tat-traffiku li kull sewwieq irid joqghod attent ghalihom u jsegwihom bir-reqqa kollha. Kulhadd jaf ghalfejn qeghdin dawn is-sinjali . Zgur mhux biex il-warden iwahhlek xi ‘ticket’ u mbaghaad erhilek tgemgem sakemm tigi biex thallas il-multa li tkun wehilt. Kull bniedem ghaqli jaf li dawn is-sinjali qeghdin sabiex jghinu lis-sewwieq u kull min isegwihom jevita gwaj fuqu u fuq sewwieqa ohra. Bis-sahha ta’ dawn is-sinjali jigu evitati hafna disgrazzji u b’hekk wiehed ikun jista’ jasal fid-destinazzjoni tieghu qawwi u shih.
Il-bniedem ghandu vjagg x’jaghmel u Alla l-Imbierek fl-imhabba bla qies Tieghu haseb ukoll biex ihallilna sinjali biex iwassluna fis-sema pajjizna qawwijin u shah. Nahseb li diga ndunajtu li qed nirreferi ghall-Ghaxar Kmandamenti li qeghdin hemm mhux biex Alla jikkastigana imma biex jghinuna nghixu hajja kif irid Hu biex b’hekk ikun jisthoqqilna l-premju tas-sema.
Sa mill-bidu nett il-bniedem kien ihoss fil-kuxjenza tieghu dak li hu sewwa u dak li hu hazin. Meta Adam u Eva m’obdewx il-kmand li kien tahom Alla ndunaw li ghamlu hazin u marru jistahbew. L-Istess hass Kajjin meta qatel lil huh Abel. Ma marx jiftahar b’dak li ghamel anzi pprova jahrab mill-mistoqsija li staqsieh Alla dwar fejn kien huh Abel.
Izda biex ikun aktar car mal-poplu Tieghu, Alla tah fuq is-Sinai l-ghaxar kmandamenti mnaqqxa bil-kitba fuq zewg twavel tal-gebel. Kien Mose’ li wassalhom lill-poplu lhudi u b’hekk Alla ghamel il-patt mal-poplu Tieghu. Tliet sinjali kienu jitkellmu fuq Alla u s-sebgha l-ohra kienu sinjali ta’ gid u mhabba lejn il- proxxmu. U meta nghidu l-proxxmu ma ninsewx li hemm ukoll inkluz l-eghdewwa taghna.
Ghadda z-zmien u fl-imhabba bla tmiem Tieghu Alla baghat lil istess ibnu biex bl-akbar sagrificcju ta’ imhabba jifdina u jsalvana b’demmU l-ghaziz. Fil- hajja Tieghu specjalment fl-ahhar tliet snin ta’ hajtu fuq din l-art Gesu’ ddedikhom ghat-taghlim u ma setax jonqos li jghallimna wkoll fuq dawn is-sinjali tant importanti ghall-hajja taghna. U Gesu’ bl-gherf immens Tieghu kompla ipperfezzjonhom. Gabarhom fi tnejn: ‘Hobb lil Alla b’qalbek kollha, b’ruhek kollha u b’sahhtek kollha u Hobb lill-proxxmu tieghek bhalek innifsek’.
Zewg sinjali kbar ta’ mhabba li jekk nosservawhom zgur li jkollna vjagg tajjeb u minghajr disgrazzji u naslu ghall-ferh kbir li Alla lesta ghalina, il-glorja tal-Genna.
Insellmilkom
Joe Debono ofs
0 Comments