Festa ta’ San Franġisk t’Assisi.

1. Il-Ġabra speċjali : Kienet €449.41. Nirringrazzjawkom.

2. Is-Sibt 8 ta’ Ottubru : 7.30pm Transitu ta’ Missierna San Franġisk. Jitbierek
Kwadru li jirrappreżenta lil San Franġisk impitter mill-Artist is-Sur Louis Cassar li
irregalah lilna biex jitpoġġa fuq l-Artal ta’ San Franġisk.

3. Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk fis-Santwarju tagħna.
930am Quddiesa tat-Tfal u l-Familji. 10.30am Purċissjoni bl-Istatwa ta’ San
Franġisk bis-sehem tal-Banda Sliema li tgħaddi minn Trofimu, Sta Marija, Rudolph u
S. Ġwann Battista. It-Tfal jinġabru quddiem iċ-Ċentru bil-PETS li jitbierku fuq iz-
Zuntier.

4. Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru : 9.30am Jingħata l-Mandat lill-Katekisti.. Is-Sena
Kateketika tibda nhar it-Tnejn. Dettalji dwar il-ġranet u ħinijiet qedin fuq il-Poster
fin-Notice Board. Il-Lezzjoni tkun fil-5.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

5. Il-Weekend tat-8 u d-9 ta’ Otturbu : Voluntiera minn Hospice Malta se jkunu fuq iz-
Zuntier biex jiġbru flus għall-Hospice. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi.

6. It-Tlieta 11 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju miftuħa għal
kulħadd. Jitkellem il-Kappillan.

7. L-Erbgħa 5 ta’ Ottubru : 9.00am Il-Club tal-Anzjani jiltaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjal.

8. Il-Ħamis 6 ta’ Ottubru : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja. Inħeġġiġkom tattendu.

9. Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru, Il-Kunsill Lokali Sliema : 7.00pm se jtella t-8 Edizzjoni ta’
Premju Ġieh Tas-Sliema 2022, fit-Teatru Deporres tas-Sliema. Innominaw xi
persuna sa nhar il-Gimgħa 7 ta’ Ottubru.

10. Ottubru huwa x-xahar tar-Rużarju : Filgħaxija, ir-Rużarju jingħad quddiem Ġesu’
espost u nitolbu għall-Paċi fid-dinja.

11. L-Envelopes tal-Mejtin : Issibuhom fejn il-bibien ta’ barra biex tiktbu l-egħżież mejtin
tal-familji tagħhom. F’Novembru jkollna d-Djarju tas-Sena 2023 biex tiktbu fih l-
intenzjonijiet tagħkom.

12. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali “Il-Ħbieb tas-Santwarju” : Tappella għal aktar
membri. Uru l-imħabba u l-impenn lejn is-Santwarju billi tidħlu fl-Għaqda. Min
jixtieq isir Membru ikellem lil Kappillan jew lil Peter Darmanin.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm –

Kappillan / Gwardjan /

TEL: 7953 7719.