1. Din il-ġimgħa fil-Parroċċa niċċelebraw lil San Franġisk:


It-Tnejn 6 ta’Ottubru, fis-6.30pm il-Quddiesa mill-Kappillan, fil-Bidu tas-Sena Kateketika 2025/2026. IMPORTANTI li t-tfal kollha jkunu preżenti flimkien mal-familji u l-katekisti tagħhom li se jingħataw il-Mandat.
Fis-7.30pm, tiġi nnawgurata Wirja ta` xogħolijiet tal-Pittur Ġiużeppi Cali, organizzata minn Heritage Malta. Il-Wirja se ddum għal ħmistax il-ġurnata.

2. It-Tlieta 7 t`Ottubru, fis-6.30pm il-Quddiesa minn P. Stephen Magro O.F.M. għall-O.F.S. fil-preżenza ta` P. Julian Sammut O.F.M. se jkunu milqugħu membri ġodda għall-Vestizzjoni u l-Professjoni.

3. L-Erbgħa 8, il-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru Jiem ta` Tħejjija.
Fis-6.30pm il-Quddiesa bl-Omelija min Fr Renald Loffreda.

4. Is-Sibt 11 ta’ Ottubru, Lejlet il-Festa, fis-6.30pm il-Quddiesa Solenni minn P. Marcello Ghirlando O.F.M., Vigarju Provinċjali. Mistiedna l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa u kull min jagħti xi servizz fis-Santwarju u l-Kunvent. Wara jsir Riċeviment għal kulħadd.

5. Il-Ħadd 12 ta’ Ottubru, Jum il-Festa, fid-9.30am il-Quddiesa għat-tfal u l-familji minn P. Joe Caruana O.F.M..
Fl-10.30am Manifestazzjoni bl-Istatwa ta` San Franġisk bis-sehem tal-Banda Sliema u l-Kor tat-Tfal fit-toroq San Trofimu; Santa

Marija; Rudolfu; San Ġwann Battista u San Trofimu.
Matul il-Manifestazzjoni issiru rappresentazzjonijiet bil-kant.
Fl-12.00pm jitbierku l-annimali fuq iz-zuntier.

6. B’Tifkira tat-800 Sena mill-Kantiku “L-Għanja tal-Ħlejjaq” miktub minn San Franġisk, is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, fuq iz-zuntier se ssir attivita`: “Addotta Pjanta” biex nsebbħu l-Ambjent. Kull donazzjoni apprezzata.

7. Infakkru li matul ix-xahar t`Ottubru, fis-6.00pm ninġabru għat-Talba tar-Rużarju quddiem Ġesu` Sagrament Espost.

8. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa se jorganizza Kors Bibliku bejn Novembru u Jannar.
Għal min hu interessat hemm formoli ħdejn il-bibien tal-Knisja.

9. Fin-Notice Boards hemm ir-Rendikont dettaljat tax-xogħolijiet li saru fil-Kappelli ta` San Franġisk u tas-Sagrament.
B’risq il-Manutenzjoni se ssir Bingo Night fiċ-Ċentru Sant’Antnin il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru fit-8.00pm.
Nirringrazzjawkom tas-sapport.

10. Din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem Martin Cordina. Agħtih Mulej il-mistrieħ……………

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433