1. Illum fuq iz-zuntier, il-Kummissjoni Festi qed torganizza “Cake Sale” b’risq il-festa.
Napprezzaw l-għajnuna tagħkom.

2. It-Tnejn 24 ta` Frar, mistiedna lkoll għat-tnehdija tal-Proġett ta` Restawr tal-Apside prinċipali tal-Knisja, “Il-Glorja tal-Immakulata” li se jsir mid-Ditta Prevarti b’finanzjament mill-B.O.V.


Il-prezenza tagħkom għall-Kunċert fis-Santwarju fis-7.00pm, għandh tkun ta` turija t’apprezzament għall-B.O.V. u l-Prevarti li daħlu għal dan il-Proġett.
Se jkun ta` interess, l-informazzjoni li se tingħata dwar il-Pittura ta` Giuseppe Cali` u r-restawr li se jsir.

3. It-Tlieta 25 ta` Frar, l-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Peter Darmanin jitkellem dwar “Il-Maratona ta` Talb, Sawm u Penitenza”. Kulħadd mistieden.
4. Il-Ħamis 27 ta` Frar, fit-8.15am nitilqu mis-Savoy Bus Stop għas-Suq taż-Żurrieq. Biljetti mingħand Margaret Cini.
Fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.

5. Is-Sibt 1 ta` Marzu, Ikla b‘risq il-Festa, fil-Każin Banda Sliema organizzata mill- Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema. Booking miftuħ.

6. Is-Sibt 1 u l-Ħadd 2 ta` Marzu, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni li qed issir bħalissa fis-Santwarju.
Apprezzata l-ġenerożita` tagħkom għall-ispejjes li qed isiru għall-Proġett bħal dan.
Nirringrazzjawkom mill-qalb.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433