1. Il-Ħamis 1 ta` Awwissu, fis-6.00pm, issir l-Adorazzjoni sal-Quddiesa tas-
6.30pm.

2. IL-Ġimgħa 2 ta` Awwissu, L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, isir it-Tqarbin tal-
anzjani u morda fid-djar.
Il-Ġimgħa wkoll niċċelebraw il-Festa tal-Maħfra tal-Porzjunkola. Dak in-nhar f’Jum Santa Marija tal-Anġli, tinkiseb l-Indulġenza Plenarja tal-Maħfra tad-Dnubiet lil kull min jirċievi s-Sagramenti tal-Ħniena u l-Ewkaristija.
F’kull Quddiesa ssir il-Vista lil Ġesu` Sagramentat.
Fis-6.00pm ikun hawn il-Qrar u fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Festa bl-Għasar.

3. Il-Ġimgħa 2 t’ Awwissu, se ssir l-Ikla b’Risq il-Festa, mill-Kummissjoni Festi flimkien mas-Soċjeta` Filarmonika Sliema fl-istess Każin, fit-8.00pm. Donazzjoni ta` €20.

4. Il-Ħadd 4 ta` Awwissu, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-saqaf prinċipali tas-Santwarju.
Ix-xogħol se jitkompla fil-jiem li ġejjin bi spiża ta` €28,320.
Għalhekk inħeġġukom tkomplu toffru d-donazzjonijiet, fil-ġabra, jew billi
tagħtu €1 fil-ġimgħa lill-Fondazzjoni fil-kaxxi ħdejn il-bibien tas-Santwarju
jew b’donazzjoni ta` €200 lill-Kappillan, kif u meta tixtiequ.

5. Se norganizzaw Ħarġa għall-Festa ta` San Lawrenz, il-Birgu, nhar is-Sibt 10 t’Awissu. Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-5.45pm.
Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini. Donazzjoni ta` €10 għat-trasport.

6. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem: Ċensina Abela ; Carmela
Scicluna; Doris Jane Stevens; Rosa Gabarretta u Rita Farrugia.
Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433