1. Il-Ħamis 31 ta` Lulju fis-6.30pm ikun hawn l-Adorazzjoni.
2. Il-Ġimgħa l-1 t’Awwissi, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il- Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar tagħhom.
3. Mill-Ġimgħa 1 t’Awwissu, filgħaxija, sas-Sibt 2 t’Awwissu, niċċelebraw mal-Ordni Franġiskan, il-Festa tal-Maħfra tal-Porzjunkola, f’Jum id-dedikazzjoni tal-Bażilika u Santwarju ta` Santa Marija, Sultana tal-Anġli, f’Assisi.
Fil-Quddies nitolbu l-Grazzja tal-Indulġenza Plenarja.
4. Il-Ħadd 3 t’Awwissu, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Fil-jiem li ġejjin se jitkompla x-xogħol taż-żebgħa tal-Kappelli tas Sagrament u ta` San Franġisk.
Nixtiequ navżawkom li sakemm jitlesta x-xogħol, is-Sagrament se jkun miżmum fl-Altar Maġġur.
Nitolbukom tiskużawna għall-inkonvenjenza u għal xi trabijiet li se jkun hawn.
Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments