JUM IN-NANNIET U L-ANZJANI
1. Il-Papa Franġisku stabilixxa ir-4 Ħadd ta’ Lulju :
Bħala Jum in-Nanniet u l-Anzjani bit-tema ‘Jiena Magħkom Dejjem’. Illum nawgurawlhom b’mod speċjali.
2. Il-Ħadd 25 ta’ Lulju : Il-Parroċċa tal-Balluta qed tiċċelebra l-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Nawgurawlhom il-Festa t-tajba.
3. Il-Ħamis 29 ta’ Lulju : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali.
4. Julian : Huwa Ġuvni li qed idur il-knejjes iqassam materjal kontra l-Knisja Kattolika.
• Il-booklet ‘The Third Secret of Fatima’ u l-materjal fotokopju ieħor mhu xejn għajr tgħajjir u gideb kontra l-Papa Franġisku u l-Knisja Kattolika.
• Lil Julian ilni xhur nieħu ħsiebu spiritwalment minn mindu beda jiffrekwenza l-knisja tagħna meta kien imkeċċi minn kappillani oħra.
• L-idejat tiegħu kont naf x’inhuma iżda ppruvajt ngħinu jsib bilanċ.
• Pero’ kelli fl-aħħar nipprojbilu li jkellem lin-nies fuq iz-zuntier biex jinfluwenzahom.
• Issa qed iqassam dan il-materjal.
• Huwa jgħix Malta bla ma jaħdem. Naturalment hu ffinanzjat minn aġenda qarrieqa kontra l-Knisja Kattolika.
• Min hu Nisrani konvint għandu jirrifjuta li jisimgħu u ma jaċċettax il-materjal li jgħaddilu.
• Nissuġġerixxi li dawn il-booklets tirritornawhom lil Kappillan jew tqattgħuhom.
• Grazzi mill-attenzjoni.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments