Darba wahda wiehed ragel milljunarju flimkien ma’ zewgt ihbieb ohra kienu qed jivjaggaw fuq l-ajruplan privat tieghu. Fi triqthom inqala’ l-ghawg ghax l-ajruplan kellu hsara fil-magna u ma kellhomx ghazla ohra hlief li jaghmlu nzul ta’ emergenza biex jippruvaw isalvaw hajjiethom. Ir-rizultat kien li ghalkemm irnexxielhom jehilsuha hafif sabu ruhhom f’post disabitat u bla ebda sinjal ta’ hajja.
Ghal jiem shah mxew mili shah jippruvaw isibu x’imkien fejn isibu ftit ilma biex itaffu l-ghatx kbir li hakimhom imma kollu ta’ xejn. Ezawriti u mitluqin bla sahha fl-art il-miljunarju dar lejn shabu u qalilhom, ” Jahasra kieku kellu jitfacca xi hadd bhalissa u jaghtini tazza ilma lest li naghtih gidi kollu bil-ferh!”
Dan il-kliem li hareg minn fomm dan il-bniedem kien veru hiereg mill-qalb. Ghax biex isalva hajtu kien lest li jaghti gidu kollu. Ghax nghiduha kif inhi sitwazzjonijiet iebsa bhal dawn igibuna f’sensina u nirrejalizzaw kemm hi ghaziza il-hajja u kemm ghandna ghalxiex nirringrazjaw lil ghaziz Alla ghal kull minuta jekk mhux ukoll kull sekonda li jzommna hajjin u tajbin.
U hawnhekk nistaqsi lili uinnifsi. Jekk il-bniedem lest li jaghmel minn kollox biex isalva hajtu li xi darba trid tghaddi bhal ma ghaddiet ta’ dawk ta’ qabilna, ghaliex nsibuha hekk bi tqila biex naghtu xi haga zghira ghal dak li hu bil-wisq eghzez minn hajjietna ta’ din id-dinja jigifieri is-salvazzjoni ta’ ruhna?
Ghan-nisrani li jemmen f’Alla u jittama f’Alla m’ghandu jkun hemm xejn eghzez ghalih mis-salvazzjoni ta’ ruhu ghaliex din tfisser rebha jew Alla jhares qatt telfa mhux ghal xi zmien imma ghall-eternita.
U biex niksbu din ir-rebha eterna Alla mhux qed jitlobna wisq tafux. Kull ma’ jrid minn ghandna huma ftit sagrificcji jew ahjar ftit cahdiet. Kull ma jitlobna naghmlu hu li nghixu hajja ta’ nies, hajja fejn nghixu fil-paci mieghu u fi stat ta’ paci u mhabba ma’ hutna l-bnedmin.
Mela nippruvaw anke jekk hemm bzonn nistinkaw biex inzommu ruhna fil-grazzja t’Alla u nitbieghdu mid-dnub u minn dak kollu li jista’ jtaqqalna biex nghixu hajja tajba kif irid Alla.
X’tahsbu ? Tahsbu li din hija xi haga iebsa meta ahna ghal ftit snin maghduda lesti li naghmlu tant sagrificcji wisq akbar?
Insellmilkom
Joe Debono ofs
0 Comments