Is-Sagrament tal-Ewkaristija
Il-Paci maghkom, huti Frangiskani,


Ninsabu f’nofs ix-xahar ta’ Lulju. Is-shana qed taghmel taghha u ghad tikkarga izjed. Ilna fizikament separati minn Marzu, imma maghqudin fl-ispirtu Frangiskan, Spirtu ta’ Paci, Sliem u Mhabba Fraterna.

Kull gurnata li tghaddi qed ikollna naccettaw u naddattaw ruhna ma’ normalita ‘gdida’, b’rizultat tal-virus li fic-cokon tieghu gab id-dinja kollha gharkuptejja, virus li nezza lil bniedem mis-suppervja, l-arroganza u l-allat foloz li halaq hu stess.

Il-knejjes taghna regghu fethu l-bibien taghhom jew ahjar, bexxqu l-bibien taghhom, u ftit ftit qed jergghu jirritornaw dawk li ma jistghux jghixu minghajr is-Sagrament ta’ l-Ewkaristija. Izda qalbi tinghafas meta nara b’ghajnejja stess u nisma b’widnejja il-faqar tat-taghlim religjuz. Il-faqar ta’ fidi fl-Ewkaristija, faqar spiritwali, frott l-injoranza religjuza. Faqar ta’ fidi, mibnija fuq religjon tradizzjonali.

Illum tiltaqa ma’ hafna li jqisu ruhhom insara tajbin, imma quddies ma jmorrux, ghax ghadhom ma fehmux il-qawwa u l-bzonn tal-IKLA TAL-HARUF.

Qed jinkwetani hafna l-fatt li numru kbir ta’ insara li qabel ma faqset din il-pandemija, tajjeb jew hazin, kienu jattendu ghal quddies tal-Hdud u l-Festi, u xi whud sahansitra kuljum, li jghidulek kemm qed isibuha komda l-quddiesa fuq l-internet jew fuq it-televizzjoni. Jghidulek li qed jifhmu ahjar il-qari u l-omeliji, u jhossuhom ferhanin ghax sahansitra jisimghu il-Quddiesa ta’ l-Arcisqof. Bhallikieku tal-Papa, ta’ l-Arcisqof jew ta’ l-Isqof ghandha xi valur addizzjonali. X’FAQAR ta’ religjon.

Din is-sitwazzjoni, dan ir-ragunar, se johloq sfida kbira ghal Knisja u l-mexxejja tal-erwieh fil-parrocci taghna. Ahna wkoll bhala l-poplu t’Alla, u aktar ukoll bhala membri ta’ Ordni religjuz, fid-dover li nghallmu l-valur tas-Sagrament ta’ l-Ewkaristija, specjalment bl-ezempju taghna. Il-quddiesa fuq l-internet jew fuq il-televizzjoni MHIX SAGRAMENT, hija biss devozzjoni.

Li wieħed isegwi quddiesa u jitlob permezz tal-mezzi diġitali hu tajjeb iżda dan qatt ma jista’ jissostitwixxi l-esperjenza awtentika tal-Ewkaristija man-nies tal-komunita’ tagħna.

Il-Quddiesa hija  l-aktar ghemil importanti u qaddis matul il-gurnata tan-Nisrani.  Jekk il-Quddiesa  m’hix importanti ghalina, sinjal li l-fidi taghna hija dghajfa ghax la se nircievu l-grazzji  li fiha l-Quddiesa u lanqas  se nikbru fil-fidi.

Ejjew nieħdu bla tnikkir il-grazzji li Alla qed jipprovdilna filwaqt li nkomplu nibżgħu għas-saħħa tagħna u tal-oħrajn.

Peter ofs