1. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awissu hija l-Festa tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Anġli tal-Porzjunkola f’Assisi. Hija l-Festa tal-Ħniena t’Alla għall-midinbin kollha li San Franġisk kien talab mingħand Ġesu`Sidna u Marija Ommu u Ommna. Biex nirċievu din il-grazzja mistiedna nersqu lejn is-Sagramenti tal-Qrar u ta’ l-Ewkaristija. Fil-Quddies kollu se ssir il-Vista lis-Sagrament u fis-6.30pm niltaqgħu għall-Quddiesa tal-Festa u fiha nitolbu t-talba tal-Għasar.
  1. Infakkar li kull nhar ta’ Ħamis bejn is-6.00pm u 6.30pm ikun hawn ħin ta’ Faraġ u Serħan quddiem Ġesu` Espost.
  1. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar isir it-Tqarbin lill-anzjani u morda fid-djar.
  1. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd t’Awissu nagħmlu l-Ġabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja. Din id-darba biex inħallsu €5,000 għall-manutenzjoni tas-saqaf ta’ Sala Padova fejn jintrefa’ l-armar tal-Knisja. Din il-ġimgħa daħlu €250. S’issa ġbarna €2,500. Baqa’ jinġabru €2,500.
  1. Fil-mument is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunvent hija prekarja ħafna minħabba li fix-xhur li għaddew saru xi xogħlijiet u minħabba li ma tantx kien hemm fondi għall-bżonnijiet tal-Knisja, il-Kunvent kellu jagħmel tajjeb fost l-oħrajn biex tħallsu xi spejjes fosthom ma’ €4,000 biex ġiet mħallsa l-Camera ħalli ssegwu mid-dar il-Quddiesa. Aħna konxji mill-ġenerozita` tagħkom lejna u nifhmu wkoll bl-ispejjes li jkollkom intom. Imma l-uniku dħul biex ngħixu u nħallsu l-kontijiet huwa l-ġbir waqt il-Quddies. Illum umilment xtaqna inkunu fil-verita`magħkom biex tkomplu tkunu ġenerużi fil-ġbir ta’ kuljum ħalli ntejbu s-sitwazzjoni għall-għixien tagħna.

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433