1. It-Tnejn 31 ta` Marzu, jibdew l-Eżerċizzi għal kulħadd sal-Ġimgħa 4 t’April, fid-9.00am, iqaddes u
jippriedka P. Noel Muscat O.F.M.
Fl-10.00am Coffee Morning fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Donazzjoni €15.
Filgħaxija, l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx u ma jsirx it-tagħlim tal-Katekiżmu.


2. It-Tlieta 1 t’April, bi tħejjija fir-Randan, l-O.F.S. se jkollhom Irtir għand is-Sorijiet Klarissi, immexxi minn Fr Julian Sammut O.F.M.

3. L-Erbgħa 2 t’April, bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, fis-6.30pm Quddiesa bl-Għasar u ssir Riflessjoni dwar it-Tbatija ta` Kristu nkurunat bix-xewk.

4. Il-Ħamis 3 t’April, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm l-Lectio Divina.

5. Il-Ġimgħa 4’April, L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet iżuru l-Morda u l-Anzjani fid-djar.
Fil-Knisja tagħna Ta` Ġieżu il-Belt se jkun espost il-Kurċifiss Mirakoluż mill-10.00pm tal-Ħamis sal-
10.00pm tal-Ġimgħa.
Fit-8.00pm Il-Kummissjoni Festi flimkien mas-Soċjeta` Filarmonika Sliema se torganizza Ikla b’risq il-Festa.

6. Is-Sibt 5 t’April mis-2.00pm il-quddiem fl-Iskola Stella Maris tal-Gzira se ssir Esperjenza għal kulħadd tar-Randan “QUARESIMA”, ħin għall-Adorazzjoni, Qrar u Riflessjoni dwar il-Kurċifiss u d-Duluri.
Fis-6.00pm il-Quddiesa bis-sehem tal-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa tagħna.
Fil-5.00pm, fil-Parroċċa jkomplu l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Quddiesa tal-5.00pm minn P. Ramon Farrugia O.F.M.

7. Il-Ħadd 6 t’April, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Wasalna biex intemmu fażi oħra, taż-żebgħa u tindif tad-deheb kullimkien. Filwaqt li bħalissa qed isir ir-Restawr tal-pittura tal-Abside, fil-jiem li ġejjin, fuq il-bejt, se jibda jintrama` l-iscaffolding biex jiġu rrestawrati l-koppli u jsirilhom trattament minħabba x-xita.
Għalissa, x-xogħol taż-żebgħa fil-Knisja se jieqaf minħabba l-festi tal-Għid u tal-Madonna.
Hu ppjanat li nkomplu wara l-festa, Lulju/Awissu. Komplu għinuna bid-Donazzjonijiet u fil-Ġbir Speċjali biex inħallsu dawn ix-xogħolijiet. Grazzi tal-ġenerożita` tagħkom.

8. Mill-Maratona li saret il-Ħadd li għadda b’risq id-Dar tal-Providenza, inġabru €4,551.50.
Dawn se jingħataw flimkien mal-ġabra li ssir fil-Parroċċa, fl-1 ta` Jannar, f’Jum il-Ġenerożita`.
Grazzi lil min organizza u lil min ħa sehem.

9. Matul din il-Ġimgħa, għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Lilianne Buttigieg.Agħtiha Mulej …

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta