“Il-Mulej hu r-Ragħaj it-Tajjeb”
- Il-Papa Franġisku dan il-weekend ikun qed iżur l-Ungerija. Dan huwa l-41 vjaġġ tiegħu barra mill-Italja. Kien żar dan il-pajjiż sentejn ilu għall-għeluq tal-Kungress Ewkaristiku. Nitolbu għalih.
- Mit-Tnejn 1 sal-Ġimgħa 5 ta’ Mejju : Il-Patrijiet Franġiskani se nkunu miġbura għall-Kapitlu Franġiskan. Se jkollna magħna jmexxi l-Kapitlu l-Ġeneral tal-Ordni Padre Massimo Fusarelli ofm. It-Tnejn filgħaxija ser iżur il-fraternita’ tagħna tas-Sliema.
- It-Tnejn 1 ta’ Mejju : Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem hija Festa Pubblika. Il-ħin tal-Quddies ikun bħal ta’ fost il-ġimgħa : Fis-7.00am, fid-9.00am u fis-6.30pm. Dakinhar ma’ jkunx hemm klassijiet tal-Katekiżmu.
- It-Tlieta 2 ta’ Mejju : 00pm Taħdita minn Peter Darmanin bis-suġġett “Deheb u fidda m’għandix”. Il-laqgħa ssir ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan u hi miftuħa għal kulħadd.
- Il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar aħna l-Patrijiet ma’ nkunux nistgħu nżuru l-Morda għall-Qrar u t-Tqarbin minħabba li nkunu qed nattendu l-Kapitlu Provinċjali. Nippruvaw insibu ġurnata oħra biex inżuruhom.
- Il-Fondazzjoni tħeġġeġ lil kulħadd biex matul ix-xahar ta’ Mejju : Noffru ‘Bukkett Virtwali ta’ Fjuri’ permezz ta’ donazzjoni ta’ €5 għal Manutenzjoni tas-Santwarju. L-ispejjeż huma kbar ħafna. Is-Sultana tagħna tbierek il-ġenerożita’ tagħkom.
- Il-Fratellanza ‘Madonna tas-Sacro Cuor’ : Qed tiġbor id-donazzjonijiet annwali ta’ €5. Jingħataw lil Ms Marianne Bonaci.
- Nirringrazzjaw lil dawk li għadhom qed ikunu ġenerużi bid-donazzjonijiet ta’ ikel għall-persuni li jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali jitolbu l-għajnuna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719
0 Comments