1. It-Tnejn 23 ta` Diċembru, timtemm in-Novena tal-Bambin.


2. It-Tlieta 24 ta` Diċembru, Lejlet il-Milied.
Il-Quddiesa tal-5.00pm ma ssirx, jkun hawn biss dik tas-6.30pm.
Il-Knisja terġa` tiftaħ għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Lejl tal-Milied fit-8.30pm.
Fid-9.00pm tibda l-Velja bis-sehem tal-Pre-Teens u l-Kor tat-Tfal.
L-abbati Luke Simiana jagħmel il-Priedka tal-Milied.
Fl-10.00pm il-Quddiesa Solenni tal-Milied.
Wara l-Quddiesa, fil-Każin Banda Sliema, l-Pre-Teens u l-Kor tat-tfal se joffru Kokotina u Ħelu għal
donazzjoni ta` €2 b’risq l-Għaqdiet tat-tfal tal-Parroċċa.

3. Fil-Milied il-ħin tal Quddies ikun bħal dak tal-Ħdud.

4. Il-Ħadd 29 ta` Diċembru l-Party tat-Tfal fil-Każin bejn l-4.00pm u s-6.00pm. Donazzjoni ta` €15.

5. It-Tnejn 30 ta’ Diċembru, Ħarġa għal Għawdex.
Tluq fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż, ħlief il-vapur.

6. It-Tlieta 31 ta`Diċembru Lejliet l-Ewwel tas-Sena jkun hawn il-Quddiesa tal-5.00pm u dik tas-6.30pm,
fiha jingħad it-Te Deum.

7. L-Erbgħa, l-Ewwel tas-Sena, il-ħin tal-Quddies ikun bħal tal-Ħdud.
Dakinhar issir il-Ġabra Speċjali b’risq id-Dar tal-Providenza.

8. Il-Ġimgħa 3 ta` Jannar se jsir il-Party għall-adoloxxenti u tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom, fiċ-Ċentru
Sant’Antnin fis-6.00pm. Tfal taħt is-16 il-sena b’xejn, l-adulti €10 donazzjoni.
Tibbukkjaw għand Peter Gatt u Antoinette Laferla.

9. Mil-lum qed inħabbru skema ta` ġbir għall-Ġabra Speċjali tal-Istrina fl-ewwel Ħadd 5 ta` Jannar, Jum
l-Epifanija b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja li se titkompla wara l-festi tal-Milied. Fuq in-Notice Boards
hemm l-ispejjeż dettaljati tax-xogħol li sar sa issa.
Fil-Milied jingħataw ir-rigali. Napprezzaw ħafna li min jista` joffri donazzjoni ta` €25, bħala rigal għall-
manutenzjoni tas-Santwarju. Qassamnielkom l-envelopes għad-donazzjoni li tistgħu tgħadduha lill-
Kappillan jew fil-Ġabra tal-Istrina.
Grazzi tal-ġenerożita` kbira tagħkom.

10. Infakkrukom li l-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq fi żmien il-festi u jerġa jiftaħ it-Tnejn 6 ta`
Jannar.

11. Il-Kummissjoni Festi, stampat il-Kalendarju tal-Parroċċa tas-Sena l-Ġdida. Din id-darba minflok se
jitqassam fid-djar, min hu interessat jakkwista l-Kalendarju min fuq iz-Zuntier.
Kull donazzjoni apprezzata.
Il-Kummissjini tirringrazzja lill-familja Borges li ġentilment offriet il-post biex sar il-Bazaar għal 8
ġimgħat, lill-voluntiera li ħadu ħsieb il-bejgħ kif ukoll lil kull min xtara.

12. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem George Galea. Agħtih Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem….

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433