1. Il-Ħadd 21 ta` Diċembru, wara l-Quddiesa tad-9.30am għat-tfal li fiha jitbierku l-Bambini u l-Presepji, għal ħabta tal-10.30am toħroġ il-Purċissjoni tal-Bambin akkumpanjata bid-daqq tal-Għanjiet tal-Milied mill-Banda Sliema fit-toroq San Trofimu, San Alfons, Sant’ Elena,
Manwel Dimech, Rudolfu u San Trofimu. Fl-aħħar tal-Purċissjoni jitqassam il-ħelu lit-tfal.


2. It-Tnejn 22 u t-Tlieta 23 ta` Diċembru, l-aħħar jumejn tan-Novena tal-Bambin.
Fil-5.30pm, Rużarju Franġiskan meditat u fis-6.00pm il-Quddiesa bir-Riflessjoni tal-Milied.

3. L-Erbgħa 24 ta` Diċembru, Lejlet il-Milied, ma ssirx il-Quddiesa tal-5.00pm.
Fis-6.00pm il-Quddiesa tal-Vġili. Il-Knisja terġa tiftaħ il-Bibien fit-8.30pm.
Fis-7.30pm Quddiesa tal-Milied fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani.
Fid-9.00pm tibda l-Velja animata mill-Kor tat-Tfal, l-Abbatini u l-Preteens. Issir il-Priedka tal-Milied u fl-10.00pm il-Quddiesa Solenni tat-Twelid tal-Bambin.

4. Il-Ħamis 25 ta` Diċembru, Jum il-Milied, il-Quddies isir fil-ħinijiet bħal Ħdud.
B’apprezzament għall-ġenerożita` tagħkom u b’xewqat għall-Milied Hieni, fil-Quddies kollu jitqassmu Qagħaq tal-Għasel lil kulħadd.

5. Il-Ġimgħa 26 ta` Diċembru, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop u niġu lura mal-vapur tas-7.00pm, se jkollna ħin inżuru “Betlem f’Għajnsielem” u xi presepji.
Donazzjoni €30, kollox inkluż minbarra l-vapur. Booking mingħand Margaret Cini.

6. Ftaħna l-Iskema ta` ġbir ta` fondi b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju “Rigal lill-Madonna bħala Strina”. Din l-iskema tibqa` għaddejja sal-4 ta` Jannar, l-Ewwel Ħadd ta` Jannar meta ssir il-Ġabra Speċjali b’risq il-ħidma li ma waqfitx u qed issir fuq iż-żewġ koppli ż-żgħar tal-Kappella tas-Sagrament. Inħeġġukom toffru donazzjoni ġeneruża lis-Santwarju li fih miżmuma b’għożża x-xbiha għażiża tas-Sultana Tagħna. Napprezzaw li tkomplu tgħinuna nkomplu bil-manutenzjoni tant bżonnjuża w urġenti. Kull donazzjoni tingħata lill-Kappillan.
Nirringrazzjawkom, filwaqt li aħna l-Patrijiet nawguraw lil kulħadd Milied Hieni u Sena Ġdida
mimlija Faraġ, Sliem u Saħħa. IL-FESTI T-TAJBA LIL KULĦADD.

7. Il-Kalendarju tas-Sena l-Ġdida lest. Mhux se jitqassam bieb, bieb, imma min hu interessat jieħu wieħed mill-Bookshop. Napprezzaw li toffru donazzjoni.

8. Infakkru lil min se jkun waħdu għall-ikla ta`nofs inhar fil-Milied, jikkuntattja lill-Kunsill Lokali.

9. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem, Ivan Cachia u Maria Galea.
Agħtihom Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433