IL-KOMUNITA’ PARROKKJALI SANTWARJU SACRO CUOR
TIFRAĦ LIL MONS MARIO GRECH LI ĠIE MAĦTUR KARDINAL.
NIFIRĦU U NITOLBU GĦALIH.
1. Il-Ħadd 1 ta’ Novembru : Solennita’ tal-Qaddisin Kollha.
2. It-Tnejn 2 ta’ Novembru infakkru l-Għeżież Mejtin tagħna u nitolbu għalihom.
Il-Quddies kollu tax-xaħar ta’ Novembru fis-6.00pm ikun Gregorjan offrut lil Egħżież Mejtin li ktibtu fl-envelopes li jinsabu f’riġlejn l-Artal.
L-envelopes għadhom ‘available’ taħt il-pulptu.
3. Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru : L-1 Ġimgħa tax-Xahar. Il-Patrijiet joħorġu għat-Tqarbin tal-Morda fi djarhom.
4. Infakkar lill-Ġenituri : Li għadhom ma’ ġabrux il-Kotba tal-Katekiżmu biex jiġbruhom nhar it-Tnejn ħin tal-Uffiċċju mill-Uffiċċju.
Jew jagħmlu appuntament mall-Kappillan.
• Infakkar lill-Ġenituri biex jikkomunikaw mal-Katekisti li rċevew il-lezzjoni biex niżguraw li kulħadd qiegħed jintlaħaq.
5. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju / Kunvent : Qed tagħmel kampanja ta’ Ġbir ta’ Fondi b’risq il-‘LIFT’ tas-Santwarju u l-Kunvent.
• Donazzjonijiet jingħataw lill-Kappillan jew jinxteħtu fil-kaxxa ta’ ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Gesu. Kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira hija apprezzata ħafna.
6. Kors ta’ Kana mmexxi minn Francis u Anne Cuschieri : Jibda l-Ħamis 7 ta’ Jannar 2021 fis-7.30pm. Min hu interessat, jimla l-formoli l-Uffiċċju Parrokkjali.
7. Il-Kummissjoni Festa tavża :
• Li dan il-weekend hemm il-Bazaar fil-Każin Banda Sliema.
• Ħin : 8.00am – 1.00pm. u 4.00pm – 8.00pm.
• Segwiti r-regoli tal-Covid 19. 6 persuni jkunu ġewwa inklużi l-helpers.
Is-Sibt 7 ta’ Novembru : 5.00pm – 7.30pm. U l-Ħadd 8 ta’ Novembru, 7.00am – 12.00pm fuq iz-Zuntier ser isir il-Bejgħ tal-Ġewż, Lewż, Qastan u Tin, u l-Borża ta’ San Martin.
• Min jixtieq, ser jiġi offrut ukoll is-servizz ta’ ‘delivery’.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments