Il-pagani kienu jinkoronaw l-istatwi tal-allat taghhom bil-kuruni tal-ward. Ghaliex? Ghax il-ward ghalihom kienu simbolu ta’dak li ghandhom f’qalbhom. It-tfajliet vergni, kristjani,  li meta kienu jgorruhom fil-Kolossew ghall-martirju, kienu jilbsu qieshom gharajjes dakinhar tat-tieg. U kienu jilbsu fuq rashom kuruna tal-ward. Kienu jafu, li wara l-mewt sa jiltaqghu mas-Sultan tas-slaten kollha … ma’ Kristu. Wara l-martirju, matul il-lejl, il-kristjani l-ohra kienu jmorru jigbru il-kuruni mill-Kolossew, u fuq kull warda kienu jghidu talba. B’dana l-mod twieldet id-drawwa li z-zibeg li fuqu nghoddu r-Ruzarju bdew isejjhulhom  ‘ruzarju’, gejja mill-kelma ‘roza’, allura warda.

 Kien hemm ukoll id-drawwa li certi religjuzi jghid u s-Salmi ta kuljum. Is-Salmi jghoddu 150. Il-popolin xtaq li jaghmel hekk, izda dak iz-zmien la kien hemm kotba u lanqas kienu jafu jaqraw. Minflok kienu jghidu 150 talba bl-amment. Normalment din kienet it-talba tal-Missierna, ghax kulhadd kien jafha. Biz-zmien qassmu l-kuruna f’hames posti ghax bdew jimmeditaw il-hajja ta’ Kristu, u ommu Marija. Hekk twieldu il- posti tal-Ferh, il-posti tat-Tbatija u dawk tal-Glorja, Mela f’kull posta li titlob tkun qed tghid 50 talba (10 zibgit x 5 = 50). Forsi jkun hemm min isaqsi, ghaliex qed nitkellmu dwar ir-Ruzarju, issa ghax spicca Ottubru? Bhallikieki il-mahbub/a tieghek toqghod tistenna xi Birthday jew festa biex tghidilha ‘Nhobbok’. Hekk jaghmlu hafna f’Mother’s Day, jibaghtulha xi bukkett kbir tal-fjuri (li lanqas issib vazun ghalih), wkoll xi kaxxa cikkulata kbira (biex izzid il-kolesterol) u naturalment Card kbira li lanqas biss tidhol fil-letter box. Minghalihom li b’hekk qed ipattu ghan-nuqqas li ma jmorrux jarawha matul is-sena, jew l-inkwiet li jikkagunawlha.

L-imhabba genwina m’ghandhiex la hin, la gurnata u lanqas stagun. Ghalhekk it-Talba tar-Ruzarju, li hija kliem ta’ mhabba lejn ommna, Marija, ma ghandhiex la xahar, la gurnata u lanqas hin. Ir-Ruzarju huwa l-ktieb ta’ min hu bla skola, ta’ dawk neqsin mid-dawl, il-ktieb tal-ghorrief, ta’ dawk bla skola, tal-habsin, tal-morda fl-isptarijiet, ta’ dawk li qed jivvjaggaw fil-karozza, bil-bahar jew bl-ajru. F’kelma wahda huwa ktieb ta’ min jaf ihobb.

Fost il-hafna grajjiet marbutin mar-Ruzarju, tibqa’ mpressjonatha f’mohhi grajja li  jirrakkonta il-Ven. Fulton Sheen. Wiehed habib tieghu, li kien Lhudi kien ingabar bil-lieva u sab ruhu fl-gheqqel tal-gwerra. Kien ma’ erbgha suldati ohra Awstrijaci gewwa  ‘shell hole’ speci ta’ fondoq biex jevitaw li jkunu milqutin (kemm jista’ jkun).  Mela waqghet bomba u l-erbgha shabu Awstrijaci ntlaqtu u mietu. Iddecieda li jitlaq mill-hofra, gabar kuruna ta’ wiehed minn shabu u tkaxkar ghall-fondoq iehor. Fil-pront waqghet bomba propju fejn kien. Beda jitlob ir-Ruzarju u jigri minn fondoq ghal iehor, u kull darba wara li jitlaq taqa’ bomba. Dan il-Lhudi wieghed lill-Madonna li jekk tehilsu mill-mewt joffri hajjtu ‘l Alla u ‘l Marija. Wara l-gwerra mar lura pajjizu u sab li l-familja tieghu kienu maqtulin minn Hitler (ghax kienu Lhud).  Dak il-hin stess iddecieda li jsir sacerdot. Mar ghand siehbu Fulton Shenn, li ghammdu  u ghenu jidhol is-seminarju.

Grajjiet bhal din huma bosta u ‘qatt ma jkunu kumbinazzjoni’. Post il-kuruna tar-Ruzarju ghandu jkun dejjem ‘fuqna; gol-but, fil-karozza, fil-handbag … dik hija l-aqwa FIRST AID kit.

Tony Mahoney ofs