1. Għada t-Tnejn nitilqu għall-Għawdex fis-7.30am mis-Savoy Bus Stop.
Booking mill-Bookshop, €30 donazzjoni.

2. It-Tlieta 22 t’April, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan
għal Laqgħa minn Peter Darmanin “Mulej tiegħi u Alla tiegħi.”
Kulħadd jista jattendi.

3. Il-Ħamis 24 t’April fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.

4. Il-Ġimgħa 25 t’April, fis-7.30pm, Tombla fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-  manutenzjoni tas-Santwarju. Donazzjoni ta` €20.

5. Il-Ħadd 27 t’April, fl-Ottava tal-Għid, issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ħniena Divina.
Fis-6.00pm tibda l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Quddiesa.

6. Il-Ħamis l-1 ta` Mejju se ssir “Sports Day” għat-tfal f’Villa Schinas mid-9.00am
sas-1.30pm. Tistgħu tibbukkjaw mill-Bookshop sal-Ħadd li ġej.

7. Is-Sibt 3 ta` Mejju, l-Assemblea Parrokkjali bejn id-9.00am u 12.00pm ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.
Inħeġġukom tibbukkjaw, ħudu formula minn ħdejn il-bibien tal-Knisja, imlewha w ixħtuha fil-Kaxxa l-bajda taħt il-Pulptu.
Hu meħtieġ is-sehem tagħkom biex niddiskutu s-sitwazzjoni presenti u futura tal-Parroċċa.

8. Nixtiequ nirringrazzjaw lilkom li ġejtu għall-festi tal-Għid u lil kull min offra s-servizz tiegħu biex kemm is-Santwarju u t-toroq, kienu imħejjija sewwa, kif ukoll lil kull min ta s-sehem tiegħu fiċ-Ċelebrazzjonijiet li għexna flimkien.
Bi gratitudni qed noffru figolla lil kulħadd kif ukoll flixkun ilma li ġie mbierek f’dan il-Lejl Qaddis lil kull familja.Nawgurawlkom Sliem u Barka tal-Mulej Rxoxt.

Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita` tagħkom lejna l-Patrijiet u lejn is-Santwarju.

L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433