1. It-Tlieta 4 ta` Frar, l-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa ta` filgħaxija ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. P. Julian Sammut O.F.M. jagħmel ir-riflessjoni.
Kulħadd mistieden.
2. Il-Ħamis 6 ta` Frar fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.
3. Il-Ġimgħa 7 ta` Frar, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet iqarbnu lill-anzjani u l-morda fid-djar.Dakinhar fl-10.00am se issir Diskussjoni fl-Imperial Home dwar Persuni b’kundizzjonijiet ta` Nuqqas ta` Smiegħ u d-Dimensja.
4. Il-Ħadd 9 ta` Frar, ‘Jum l-Ushers tal-Parroċċa’. Fil-Quddiesa tal-11.00am nuru l-apprezzament għas-servizz offrut minnhom fis-Santwarju s-sena kollha.
Qed nistiednu aktar irġiel jingħaqdu mal-Ushers biex jissieħbu f’dan l-impenn tant bżonnjuż waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi.
5. It-Tnejn 10 ta` Frar, il-Festa ta` San Pawl. Hija Festa Pubblika u hemm l-obbligu tal-Quddies.
Għal min ikun ġa sema` l-Quddiesa tal- Ħadd, il-Quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tissodisfa l-obbligu tal-Festa ta` San Pawl.
Il-Quddies it-Tnejn ikun bħal tal-Ħadd.
6. It-Tnejn 10 ta` Frar se jsir Coffee Morning b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja fl-10.00am fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
Donazzjoni ta` €15 kollox inkluż.
7. Matul din il-ġimgħa Mario Tabone għadda għall-ħajja ta` dejjem.
Agħtih Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem….
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments