1. It-Tnejn 12 ta` Jannar, jibda l-Katekiżmu għall-ewwel, it-tieni u t-tielet sena, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fil-5.00pm.

2. It-Tlieta, 13 ta` Jannar, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-laqgħa se ssir minn Pauline Darmanin: “Ejja Warajja”. Kulħadd mistieden.
3. Il-Ħamis 15 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.
4. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa se jorganizza Kors Bibbliku dwar l-Istorja Ġeo-Politika u Reliġjuża ta` Iżrael bejn Frar u Marzu.
Tistgħu tapplikaw sa l-aħħar ta` Jannar. Il-formoli minn ħdejn il-Bibien tal-Knisja.
5. Infakkrukom fil-Pellegrinaġġ għal Lourdes bejn it-18 u t-22 ta` Lulju.
Baqa` xi postijiet. Dettalji fin-Notice Boards tal-Knisja.
Min hu interessat ikellem lil-Kappillan.
6. Grazzi għall-Ġenerożita` kbira tagħkom, l-Istrina b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju kienet
€9,300.
Donazzjonijiet ingħataw €7,100 u l-Ġabra Speċjali kienet €2,200.
Napprezzaw l-interess u l-koperazzjoni tagħkom fil-Manutenzjoni li qed issir.
7. Se nerġgħu nżuru l-familji tal-Parroċċa tagħna.
Dawk li joqgħodu fil-Parroċċa u jixtiequ li l-Patrijiet iżuruhom u jberkuhom, jieħdu l-applikazzjoni minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
Wara li jimlew il-formula jixħtuha fil-kaxxa apposta taħt il-Pulptu.
Tistgħu tapplikaw ukoll b’mod elettroniku billi tiskenjaw il-Q.R. Code li tinsab fil-Poster fin-
Notice Boards. L-applikazzjonijiet jagħlqu il-Ħadd 1 ta` Marzu li ġej.
Dawn iż-żjajjar mhumiex marbutin maż-żmien tal-Għid.
Se tirċievu appuntament mill-Uffiċċju Parrokkjali bi ftehim magħkom.
Iż-żjajjar jibqgħu għaddejjin sakemm jitlestew kollha.
IMPORTANTI li titkellmu mal-familjari u l-ġirien li jgħixu fil-Parroċċa li ma jiffrekwentawx il-Knisja tagħna dwar din l-inizjattiva taż-żjajjar. B’hekk tgħinuna nilħqu kemm hu possibbli lil min jixtieq li nżuruh. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments