1. It-Tnejn 13 ta’ Jannar, fid-9.30a.m. jiltaqgħu il-Fratelli tas-Sagrament,
ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

2. It-Tlieta 14 ta’ Jannar, jiltaqgħu l-OFS, fis-7.00p.m. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Peter Darmanin jitkellem dwar: “Iż-żmien, rigal t’Alla.”
Kulħadd mistieden.

3. Il-Ħamis 16 ta’ Jannar, fis-6.00 p.m. l-Adorazzjoni u fis-7.00p.m. Lectio Divina.

4. Il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar, fl-10.00 a.m. se ssir Diskussjoni importanti għall-pubbliku fl-Imperial Home sal-11.00 a.m, dwar in-nuqqas ta’ smiegħ u d-dimenzja.

5. Kelma ta’ ringrazzjament lil kull min ta s-sehem tiegħu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, kemm bħala servizzi fil-Knisja u fit-triqat u għall attendenza sabiħa fil-jiem tal-Festi. Fuq kollox nuru apprezzament
għall-ġenerożita fil-ġbir ta’ kuljum għall-għixien tagħna; għad-Dar tal-Providenza u għall-Manutenzjoni tas-Santwarju. Mill-attivitajiet li saru,bid-donazzjonijet u l-Ġabra tal-Istrina b’risq il-Manutenzjoni, ġbarna €11,608. Bgħattulna sinjal ċar, li fhimtu l-bżonn tax-xogħol li qed isir u biex inkompluh fiż-żmien li ġej. Prosit u grazzi lil kulħadd.

6. Matul din il-Ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Carmelina Triganza.
Agħtiha O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ………………

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433