1. Il-Ħadd 9 ta’ Novembru, f’Jum San Martin fil-Parroċċa, fil-Quddiesa tad-9.30am, it-tfal ikollhom żjara mill-Qaddis u jqassmilhom il-Borża tal-ħelu tradizzjonali li ordnajtu. Fuq iz-zuntier il-Kummissjoni Festi se tbiegħ il-Boroż ta’ San Martin, ikel u ħelu u prodotti ta’ ħaxix u pjanti.


2. It-Tnejn 10 ta’ Novembru, nitilqu għal Għawdex fis-7.00a.m. mis-Savoy Bus Stop.
Baqa’ xi postijiet, ibbukkjaw mill-Book Shop.

3. It-Tlieta 11 ta’ Novembru, l-OFS ikollhom il-laqgħa wara l-Quddiesa tas-6.00pm. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali minn P. Julian Sammut OFM. Kulħadd jista jattendi.

4. Il-Ħamis 13 ta’ Novembru, fil-5.30p.m. ikun hemm l-Adorazzjoni.

5. Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru fis-7.00p.m. it-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof flimkien mal-Parrini jkollhom il-prova fil-Knisja. Se jkun hawn ukoll il-Qrar bejn is-6.00p.m. u s-7.00p.m.

6. Il-Ħadd 16 ta’ Novembru, fil-Quddiesa tad-9.30a.m. jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma mill-E.T. Mons Sandro Overend Rigillo OFM. Kulħadd ikun f’postu fid-9.15a.m. Il-Quddiesa tal-11.00a.m., issir fil-11.15 a.m.

7. Nerġgħu nfakkru lil min hu interessat li jiġi l-Pellegrinaġġ għal Lourdes mit-18 sat-22 ta’ Lulju, mingħajr ma jħalli aktar żmien, għandu jkellem lill-Kappillan.

8. L-ammont li nġabar għall-Manutenzjoni tas-Santwarju, mid-donazzjonijiet,attivitajiet u l-Ġabra Speċjali fl-Ewwel Ħadd ta’ Novembru kien ta’ €4,500. €1,500 minnhom ingħataw mill-ġbir ta’ €1 fil-ġimgħa li tagħmel il-Fondazzjoni għall-
Manutenzjoni tas-Santwarju. Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita tagħkom.

9. Ċirkulari mill-Kurja tal-Arċisqof tavża li s-Sibt 15 u l-Ħadd 16 ta’ Novembru, issir il-Ġabra għall-Iskejjel tal-Knisja.

10. Din il-Ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem Tessie Cachia. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem………..

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433