1. Nerġgħu niġbdu l-attenzjoni ta` dawk li mlew il-formola biex niġu nżuruhom fid-dar u nberkuhom. Minn meta ħabbarna din l-inizjattiva, għidnilkom li
dawn iż-żjajjar u t-tberik mhihomx marbutin bi żmien. Għalhekk waqafna għas-sajf u nerġgħu nibdew f’Ottubru.
Min-naħa tagħna dejjem navżawkom ġimgħa qabel.
Nirringrazzjaw lil dawk li żorna, għall-ospitalita` li offrejtulna.
2. Il-Ħamis 18 ta` Lulju fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni sal-Quddiesa tas-6.30pm.
3. Bejn id-19 u l-21 ta` Lulju se ssir il-Maratona ta` kull sena b’risq id-Dar tal-Providenza, fir-residenza stess, is-Siġġiewi. Hija apprezzata kull donazzjoni.
4. Il-Ħadd 21 ta` Lulju se mmorru Għawdex għall-Festa ta` San Ġorġ.
Nitilqu fl-4.30pm mis-Savoy Bus Stop. Niġu lura mal-Vapur tal-11.15pm.
Donazzjoni €15, trasport biss.
5. Illum nirringrazzjaw lilkom ilkoll Parruċċani, Għaqdiet u Voluntiera fi ħdan il- Parroċċa li s-sena kollha, l-aktar fil-ġimgħa tal-festa li għaddiet, għas-servizz
li offrejtu minn qalbkom, biex għexna flimkien il-Festa b’mod dinjituż u xieraq li jirrifletti ir-responsabilta` li biha saru t-tħejjijiet u ċ-ċelebrazzjonijiet.
Nirringrazzjawkom għas-76 Bukkett ta` Ġenerożita` li bejn persuniindividwali, familji u għaqdiet offrejtu lill-Madonna b’risq il-Manutenzjoni għas-Santwarju.
B’kollox inġabru €7,050.00. Grazzi lil kulħadd.
6. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem: Joseph Grech, Louis Micallef u Frances Grech.
Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem …
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments