1. Illum Jum il-Missier, nawguraw, nitolbu u napprezzaw il-missjoni tal-missirijiet fil- familji tagħna.

Fil-Quddiesa tad-9.30am nsejħu Barka Speċjali fuq il-missirijiet presenti u nagħtuhom tifkira.
Nitolbu għal dawk li ħallewna: Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……….

2. It-Tlieta 18 ta` Ġunju, il-Ħarġa t’Għawdex, nitilqu mis-Savoy Bus Stop 8.45am u niġu lura mal-vapur tas-6.30pm.

3. It-Tnejn 17 ta` Ġunju, fis-7.00pm, il-laqgħa tal-Ushers.
4. L-Erbgħa 19 ta` Ġunju, is-Sitt Erbgħa ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa tal-Madonna bis-sehem tas-Soċjeta` Filarmonika Sliema fil-Quddiesa bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P.

5. Il-Ħamis u l-Ġimgħa nkomplu biż-żjajjar lill-familji tal-Parroċċa mill-5.30pm il-quddiem.

6. Il-Ħamis 20 ta` Ġunju, fis-6.00pm l-Adorazzzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm, il-Lectio Divina.

7. Is-Sibt 23 ta` Ġunju, Laqgħa Vokazzjonali għas-subien fil-Kunvent tagħna tal-Belt mill-
5.00pm sat-8.00pm. Ikollhom Talb, ikel u logħob.

8. F’dawn il-ġimgħat, il-Kummissjoni Festi qed tqassam lill-familji tal-Parroċċa l-Ktieb tal-Festa u tiġbor l-envelopes bid-donazzjoni tagħkom.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita`.

9. L-Għaqda Ħbieb tas-Santwarju tfakkar lill-Membri tagħha biex min għadu ma ħallasx il-miżata ta` €25, jista` jixħetha fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni tal-Manutenzjoni fl-Altar tal-Qalb ta` Ġesu`.

10. Is-Soċjeta` Filarmonika Sliema tavża li l-Ikla tal-Festa se ssir fil-Każin, nhar is-Sibt 29 ta` Ġunju mit-8.00pm il-quddiem, donazzjoni ta` €25. Booking mill-Każin.

11. Matul din Ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem, Alexanda Micallef.
Agħtiha Mulej il-Mistrieh ta` Dejjem …………

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433