1. Illum l-aħħar jum ta` Reġistrazzjoni għall-Klassijiet tal-Katekiżmu bejn l-10.15am u nofsinhar.
Importanti li kulħadd jirreġistra fil-ħin.

2. It-Tlieta 24 ta` Settembru, jiltaqgħu l-membri tal-O.F.S. wara l-Quddiesa tas-6.30pm, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Kulħadd mistieden għar-riflessjoni minn Peter Darmanin: “ Kulħadd f’baħar wieħed”.

3. L-Erbgħa 25 ta` Settembru, Jum ta` Talb tar-Rużarju bi tħejjija għas-Sitt Sena Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna.
Kull min jista` joffri u jikteb ismu taħt l-Ambone, biex jingħad ir-Rużarju bejn id-9.30am u 6.00pm quddiem l-Istatwa Inkurunata.
Fil-Quddiesa tas-6.30pm jissieħbu membri ġodda fil-Konfraternita` tal-Madonna.

4. Il-Ħamis 26 ta` Settembru, fis-6.00pm l-Adorazzjoni.

5. Il-Ġimgħa 27 ta` Settembru, Pellegrinaġġ u Żjara lill-Parroċċa tal-Furjana biex niċċelebraw il-150 Sena Devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sacro Cuor f’Malta.
Min ġej magħna parruċċani, fratelli u reffiegħa, nitilqu mis-Savoy Bus Stop fl-4.30pm.
Ibbukkjaw mingħand Margaret Cini, Marianne Bonaci u Josef Vella.
Ikollna Quddiesa fil-5.30pm u wara nieħdu sehem fil-Purċissjoni.
Fit-8.00pm l-Ikla tal-Festa mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fil-Każin Banda Sliema.

6. Is-Sibt 28 ta` Settembru, niftħu l-Festi ta` San Franġisk bil-wasla tar-Relikwija tad-Demm ta` San Franġisk u bil-Merħba fostna tal-E.T. Mons Anġlu Falzon O.F.M., l-Isqof ġdid ta` Comayagua, fil-Honduras bis-sehem tas-Sorijiet Franġiskani waqt il-Quddiesa tas-6.30pm.
Agħtu l-offerta ġeneruza għall-Honduras fil-Kaxxa taħt il-pulptu biex noffruha b’sapport għall-Missjoni tal-Isqof il-ġdid.

7. Il-Ħadd 29 ta` Settembru, Jum is-Sitt Sena Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa għażiża u devota tal-Madonna. Appell lil kulħadd, għaqdiet; Fratellanzi u helpers tas-Santwarju, biex ninġabru quddiem is-Sultana Tagħna u niċċelebraw il-Quddiesa ta` Radd il-Ħajr fil-11.00am, mill-E.T. Mons Joe Bonello O.F.M.,
Isqof ta` Julicalpa fil-Honduras.
Dakinhar il-Quddies kollu jsir quddiem ix-xbieha tal-Madonna Inkurunata.

8. Is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta` Settembru ssir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Festa ta` San Franġisk fl-ewwel Ħadd t’Ottubru. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita`.

9. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa se jorganizza Kors fuq il-Vanġelu ta` San Mark fis-Sede tiegħu, kull nhar
ta` Ħamis bejn Ottubru u Diċembru.
Kull min hu interessat jieħu formola minn Boookshop tal-Knisja.

10. Infakkru fil-Pellegrinaġġ għal Assisi bejn il-21 u 27 ta` Lulju 2025. Min hu interessat ikellem lill-Kappillan.
Hemm 50 post biss. Il-Programm dettaljat fin-Notice Board ħdejn il-Bookshop.
11. Matul din il-Ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Lina Vassallo.
Agħtiha O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ………………

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433