1. It-Tnejn 7 t’April, fis-7.00pm il-Laqgħa tal-Ushers.
2. It-Tlieta 8 t’April, fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S. għall-laqgħa mill-Kappillan. Kulħadd mistieden.
3. L-Erbgħa 9 t’April, fis-6.30pm Quddiesa bl-Għasar u bir-Riflessjoni fuq it-Tbatija ta` Ġesu` mgħobbi bis-Salib.4. Il-Ħamis 10 t’April, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm l-Lectio Divina.
5. Il-Ġimgħa 11 t’April, wara l-Quddiesa tas-6.30pm, il-Purċissjoni tad-Duluri fit-Toroq San Trofimu, Santa Marija, Manwel Dimech, Freres u San Trofimu. Fl-aħħar tingħata l-Barka fuq iz-zuntier.Tiftaħ ukoll il-Wirja tal-Passjoni fil-Każin Banda Sliema.
6. Is-Sibt 12 t’April, l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Quddiesa tal-5.00pm minn P. Ramon Farrugia O.F.M..
Fis-7.30pm Programm ta` Mużika Sagra għall-Ġimgħa Mqaddsa organizzat mill-Kummissjoni Festi bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Sliema, mis-Soċjeta` Filarmonika Sliema. Mistiedna lkoll nassistu għal rappresentazzjoni ta` Ġesu` fil-Ġestemani.
7. Il-Ħadd 13 t’April, Ħadd il-Palm u Jum is-Solidarjeta`bit-talb u l-Ġabra Speċjali għall-Art Mqaddsa.
Fid-9.00am Tberik taż-żebbuġ u l-palm quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali u Purċissjoni bis-sehem tal-fratelli, tfal u familji. Waral-Quddiesa, fl-10.30am Via Sagra Drammatizata fit-toroq ta` madwar il-Knisja, mill-Preteens u t-tfal.
Programm dettaljat tal-Ġimgħa Mqaddsa fuq in-Notice Boards u l-Fb Page tal-Parroċċa.
8. Stedina għall-Ħamis ix-Xirka , għall-irġiel u nisa biex jieħdu sehem bħala Appostli waqt il-Ħasil tar-Riġlejn. Min hu interessat javviċina l-Kappillan sal-Ħadd li ġej. Qed nagħmlu sejħa biex min jista` joffri donazzjonijiet għall-fjuri biex jintramaw s-Sepulkru u l-Vari.
L-offerta tistgħu tgħadduha lill-Kappillan jew tixħtuha f’envelope fil-kaxxa tl-offerti taħt il-Pulptu. Grazzi tal-offerti tagħkom.
9. L-għada tal-Għid, it-Tnejn 21 t’April se norganizzaw Ħarġa għal Għawdex.
Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci. Donazzjoni ta` €30 kollox inkluż minbarra l-vapur. Nitilqu fis-7.30am mis-Savoy Bus Stop.
10. Il-Ħamis 1 ta` Mejju, se tkun organizzata “Sports Day” għat-tfal u adoloxxenti bejn id-9.30am u s-1.30pm ġo Villa Schinas. Booking mill-Bookshop. Donazzjonijiet huma apprezzati.
11. Stedina Mportanti għall-Assemblea Parrokkjali nhar is-Sibt 3 ta` Mejju bejn id-9.00am u 12.00pm, biex tingħata viżjoni għall-futur lill-Parroċċa. Nħeġġukom tibbukkjaw billi intom u ħerġin tieħdu applikazzjoni, timlewha u tixtħuha f’kaxxa apposta taħt il-Pulptu. Il-presenza tagħkom hija apprezzata ħafna.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments