1. Il-Ġabra għas-Seminarju : Kienet €544.96. Nirringrazzjawkom.
2. It-Tnejn 27 ta’ Marzu : Jinbidel il-ħin tal-Quddiesa filgħaxija. Tibda tkun fis-6.30pm.
3. Mit-Tnejn 27 sal-Ħamis 30 ta’ Marzu : 6.30pm Eżerċizzi Spiritwali waqt il-Quddiesa. Jippriedka Fra Lorrie Zerafa ofm li se jibbaża fuq postijiet sagri fil-Palestina.
4. It-Tlieta 28 u l-Ħamis 30 ta’ Marzu : 4.30pm It-Tfal tal-Ewwel Sena tal-Katekiżmu ser jersqu għall-Ewwel Qrara fil-Knisja. Inżommuhom fit-talb tagħna.
5. It-Tlieta 28 ta’ Marzu : M’hemmx laqgħa tal-OFS biex il-membri jattendu għal Eżerċizzi.
6. L-Erbgħa 29 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
7. Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu : Festa ta’ Marija Addolorata. Quddies ikun fis-7.00am, 9.00am u 6.00pm. Purċissjoni bl-Istatwa wara d-Duluri ssir wara l-Quddiesa. Tgħaddi mit-Toroq Trofimu, Santa Marija, Manwel Dimech, San Ġwann Battista u San Trofimu.
8. Il-Ħadd 2 ta’ April : Ħadd il-Palm. 9.00am Tberik taż-Żebbuġ ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali u jsir Korteo sal-Knisja. 9.30am Quddiesa bis-sehem tat-Tfal.
9. Min jista’ jġibilna Weraq u Ħaxix : Biex narmaw l-Istatwi Tad-Duluri u tar-Redentur kif ukoll għall-Artal ta’ Repożizzjoni.
10. Programm dettaljat tal-attivitajiet Liturġiċi jinstab fuq in-Notice Boards tal-Knisja.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719.
0 Comments