1. Ħassejna l-bżonn li nfakkrukom fl-importanza tas-Sagrament tal-Qrar, għax huwa mezz kif niksbu l-maħfra, l-faraġ u s-serħan fit-tiġrib tal-ħajja.
Qabel kull Quddiesa aħna s-Saċerdoti nkunu disposti għall-Qrar wara l-Artal.

2. It-Tlieta 30 t’April, fil-Quddiesa tas-6.30pm se ssir il-Vestizzjoni ta` 15-il membru ġdid fl-Ordni Franġiskan Sekular. Wara jiltaqgħu għal Riċeviment ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

3. It-Tlieta wkoll se ssir Festa għall-Abbatini kollha fil-Knisja tagħna tar-Rabat bejn il-5.15pm u t-8.00pm.
Se jkun hemm Purċissjoni bl-Istatwa ta` San Ġużepp, Quddiesa, logħob u ikel.

4. L-Erbgħa 1 ta` Mejju, Festa ta` San Ġużepp Ħaddiem u Festa Pubblika.
Il-ħin tal-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa.
L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
Fl-10.00am jsir Bingo Breakfast għal Donazzjoni ta` €15, kollox inkluż, fil-Każin Banda Sliema

5. Il-Ħamis 2 ta` Mejju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm, il-Lectio Divina.

6. Il-Ħamis ukoll, se nibdew niltaqgħu mal-familji fid-djar.
Dawk li applikaw se nkunu qed nikkuntattjawhom minn qabel.
Dawn iż-żjarat mhux marbutin ma’ xi żmien partikulari.

7. Il-Ġimgħa 3 ta` Mejju, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, isir il-Qrar u Tqarbin tal-morda u anzjani fi djarhom.

8. Is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta` Mejju se jsir bejgħ ta` għamara, pittura u oġġetti antiki kif ukoll pjanti fil-Każin Banda Sliema bejn id-9.00am u s-7.30pm.

9. Il-Ħadd 5 ta` Mejju, l-Ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq l-Ewwel Fażi tal-Manutenzjoni fuq il-Membrane tas-Saqaf tas-Santwarju li waslet biex titlesta fil-jiem li ġejjin. Il-ġenerożita` kbira li ntweriet, hekk li l-ispiża nġabret kollha minn Diċembru ’l hawn inkoraġġietna biex inkomplu bil-Manutenżjoni tat-tieni fażi, tas-Saqaf tan-nofs u taż-zewg Kappelluni ta` San Lawrenz u ta` San Ġużepp. Bħalissa qed ninnegozzjaw kuntratt ġdid u l-istima l-ġdida titħabbar aktar tard.
Għalhekkk il-Fondazzjoni tħeġġeġ li tkomplu toffru l-€1 fil-ġimgħa jew tagħtu donazzjoni kif tixtiequ ta` €200, u li tkomplu tkunu ġenerużi fil-Ġabra Speċjali.
Din il-ġimgħa daħlet donazzjoni ta` €200. Grazzi lil kulħadd.

10. Se norganizzaw Ħarġa oħra għal Għawdex, nhar it-Tnejn 20 ta` Mejju, għal donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop, ikollna Quddiesa, se nieklu x-Xlendi u niġu lura mal-vapur tas-6.00pm.
Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433