Għeżież ħuti Franġiskani,
Kemm-il darba jiena għidt il-frażi, “il-ħajja mingħajr problemi hija ħajja
monotona”, dejjem nispicca mgħajjur miġnun. Nibqa’ ngħidha u ma jimpurtax
li jgħiduli miġnun u li ma nafx x’qed ngħid. Mela biex intom ma tgħajjrunix
ukoll, se nispjega ruħi biex forsi taqblu miegħi.
L-ewwel nett, fil-ħajja qatt ma tista’ tkun dejjem minn fuq. Il-ħajja fiha nnifisha
hija mfassla fi tlugh u f’inżul, f’abjad u iswed bi griż bejniethom. Meta nkunu fl-
abjad inkunu wiccna għad-dawl, jekk minflok nifirħu ngorru għax nippretendu li
għandna nkunu aħjar. Jekk inkunu fl-iswed inkunu bil-geddum għax “aħna
sfortunati u kollox jiġina ħażin!”. Meta nkunu fil-griż ingorru għax ma nkunux
fl-abjad. Kemm meta nkunu fl-abjad kif ukoll meta nkunu fil-griż, u xi ħadd
għal kurjanza jistaqsina kif aħna, l-bicca l-kbira nirrispondu, “mhux ħażin”. Iżda
jekk ninzertaw inkunu għaddejjin fi żmien iswed, malajr inkunu pronti
nirrispondu, “tiftaħliex kotba ta!”. Mela f’ħajjitna rarissimu inħossuna tajbin.
Għaliex meta nkunu tajbin xorta ngħidu “mhux ħażin” u ma ngħidux li nkunu
tajbin. Ir-risposta hija semplici, għax it-tajjeb ma napprezzawhx għax
nippretenduh u għalhekk ma nkunux konxi tiegħu.
Persuna li trid taħdem, tbati u tagħmel sagrificju biex takkwista dak li għandha
bżonn, tapprezza kull ma jkollha u tibża’ għalih. Tidra tapprezza l-ħajja u l-
ambjent ta’ madwarha.
Persuna li tgħix ħajja mghaddsa fil-flus u li ma jonqosha xejn materjalment,
tħossha komda għax bil-flus kapaci tixtri u takkwista kull ma għandha
bżonn, trid u tixtieq. Tkun komda għax tikseb kollox bla dbatija. Grupp ta’
żgħażagħ li jagħmlu parti minn gang ta’ ulied miljunarji li jgħixu Californja u li
ma jonqoshom xejn materjalment ittellgħu l-qorti mixlija b’omicidju u pussess
tad-drogi. Dawn qattlu koppja żgħażugħa li kienu jidhru ferħana jinħabbu waqt
li kienu qed jistennew it-tramm. Meta waqt l-interrogazzjoni l-pulizija saqsew
liż-żgħażagħ sinjuri l-għala qatlu lill-koppja ferħana, dawn kienu pronti u
irrispondew, ”just for fun because life is boring”. Dawn jaħsbu li bil-flus jistgħu
jakkwistaw kollox inklusi l-paci, l-ferħ u l-imħabba.
Waqt il-process tal-kawża qalu li ħajjithom kienet monotona u bla sodisfazzjon
għax il-ġenituri kienu jikkuntentawhom f’kollox u b’hekk jakkwistaw kollox bla
problemi u sforż. Għiru għal dawk iż-żgħażagħ li għalkemm ġejjin minn familja tal-klassi tal-
ħaddiema, jaqalghuwha u jikluha kienu ferħanin u mimlijien imħabba sodisfatti
b’dak li tagħtihom il-ħajja.
Bl-Ingliż ngħidu, “no pain no gain” xejn ma jiġi b’xejn, trid taħdem, tistinka u
tbati. Trid tagħżel bejn dak li trid u dak li għandek bżonn. U meta takkwista dak
li ridt jitla’ fil-wicc is-sodisfazzjon u tapprezza u tgħożż dak li akkwistajt bl-
għaraq tax-xogħol.
Dawk li jakkwistaw dak li jridu bla tbatija u sforz jekk jitilfu dak li akkwistaw ma
jiddispjaċihomx iżda jiġġustifikaw ruħom u jgħidu mhux bix-xejn ġiet.
Bla sodisfazzjon il-ħajja hija monotona, u kemm issib sodisfazzjoni u tifraħ
meta tegħleb problema, u akbar ma tkun il-problema, akbar ikun is-
sodisfazzjon u aktar ma tkun ferħan, aktar tħossok vicin Alla l-Mulej.
Joe Gatt ofs
0 Comments