VIŻTA KANONIKA TAL-PROVINĊJ
1. It-Tlieta 17 u l-Erbgħa 18 ta’ Jannar : Il-Ministru Provinċjal se jagħmel Viżta Kanonika lil fraternita’ tagħna bi preparazzjoni għall-Kapitlu ta’ Mejju 2023.
2. It-Tlieta 17 ta’ Jannar : 6.30pm L-OFS se jkollhom taħdita minn Patri Julian Sammut ofm. Il-laqgħa se ssir fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan u hi miftuħa għal kulħadd.
3. L-Erbgħa 18 ta’ Jannar : Il-Club tal-Anzjani ser jagħmel ‘Coffee Morning’ għand il-Barri Restaurant l-Imġarr. Niltaqgħu fid-9.15am ħdejn is-Savoy bus stop. Prezz €10. Min hu nteressat javviċina lil Emma 9903 4410 jew lil Veronica 9925 9572.
4. Il-Ħamis 19 ta’ Jannar : 7.30pm Inkomplu bil-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Parrokkjali.
5. Infakkar lill-Ġenituri tat-Tfal tal-Katekiżmu : Li meta t-tfal ikunu morda jibgħatu kopja taċ-ċertifikat mediku anke b’email lil katekista biex it-tfal jiġu skużati.
6. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali “Il-Ħbieb tas-Santwarju” : Tavża lil membri tagħha li l-Laqgħa Ġenerali Annwali se ssir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2023 fil-4.30pm ħdejn
l-Uffiċċju tal-Kappillan. Matul il-laqgħa se jsiru l-Elezzjonijiet għal Segretarju/a u għal Teżorier/a.
7. Update dwar il-bejt tal-knisja : F’idejna għandna tlett quotes minn kuntratturi differenti u l-għajnuna tal-perit.
Meta jintgħażel min ser jagħmel ix-xogħol inkunu nistgħu napplikaw għall-fondi ta’ dan il-proġett li se jkun jiswa’ eluf ta’ ewros. Il-fondi ma’ jkoprux l-ispejjeż kollha.
Hu għalhekk li l-Fondazzjoni tappella sikwit għall-għajnuna finanzjarja tiegħek.
Il-Fondazzjoni tagħti iktar dettalji iktar il quddiem.
8. F’isem il-Fraternita’ Franġiskana u l-Kommunita’ Parrokkjali : Nirringrazzja lis-Sur Joe Gatt li għal ħafna snin ħa ħsieb iħejji r-Roster tal-Animaturi u Letturi u issa ser jieqaf minn dan l-impenn. Grazzi u barkiet.
Nirringrazzja lis-Sur Francis Cuschieri li aċċetta dan l-impenn minn Frar li ġej.
Kull min preżentament qed jagħti jew jixtieq jibda jagħti dan is-servizz tal-Qari fil-Quddies, jieħu Form mingħand il-Kappillan u jerġa’ japplikaw mill-ġdid biex ikollna informazzjoni updated.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments